Programm ta’ Pellegrinaġġi bir-relikwa Insji tal-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl li ser jinżammu f’dawn il-festi speċjali

It-Tnejn 12 ta’ Ġunju
6:00 pm Tluq mill-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu għall- Konkatidral ta’ San Ġwann.
L-Erbgħa 14 ta’ Ġunju
5:45 pm Tluq mill-Konkatidral ta’ San Ġwann għall-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju
6:15 pm Tluq mill-Bażilika Madonna tal-Karmnu għall-Parroċċa Santu Wistin.
It-Tnejn 19 ta’ Ġunju
5:30 pm Tluq mill-Parroċċa Santu Wistin għall-Knisja ta’ San Franġisk (Franġiskani Konventwali).
It-Tlieta 20 ta’ Ġunju
5:15 pm Tluq mill-Knisja ta’ San Franġisk (Franġiskani Konventwali) għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.
Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju
6:45 pm Tluq mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù għall-Monasteru ta’ Sant’ Ursola.
Is-Sibt 24 ta’ Ġunju
6:00 pm Tluq mill-Monasteru ta’ Sant’ Ursola lejn il-Bażilika Madonna ta’ Porto Salvo u San Duminku.
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju
6:45 pm Tluq mill-Bażilika Madonna ta’ Porto Salvo u San Duminku għall-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu.

Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju – Festa tat-Tfal
9:00 am Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’ Ursola.
9.30 am Issir manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun li tgħaddi minn Triq Sant’ Ursola, Triq L-Arċisqof, Triq il-Lvant, Triq il-Mediterran – Fuq il-Monument tal-Qanpiena – Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Merkanti, Triq Santa Luċija fejn isir it-tlugħ tal-istatwa.

Il-Ħadd, 25 ta’ Ġunju – Ħruġ tal-vara min-niċċa
10:00 am Quddiesa segwita mill-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa
4.00 pm Ċerimonja tal-Magħmudijiet

It-Tnejn 26 ta’ Ġunju
8:00 pm Ftuħ Sala Pawlu Asciak fid-Dar tal-Għaqda.
Ċerimonja tal-ftuħ tal-Wirja Artistika “MAGNUS” fid-Dar tal-Għaqda.

It-Tlieta 27 ta’ Ġunju
8:30 pm Serata mużikali mill-Brass band tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Bastjan Qormi
fi Triq San Pawl k/m Triq Santa Luċija.

L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju – Lejlet il-Festa
8:30 pm Marċ Brijuż mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. La Valette bl-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu li jgħaddi minn Triq ir-Repubblika (minn quddiem La Valette), Triq San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran.
Fi tmiem il-marċ, l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall quddiem il-Barrakka t’isfel.

Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju – Jum il-Festa
9:15 am Pontifikal minn Mons. Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritu bis-sehem tal-Kapitlu. Il-messaġġ tal-okkażjoni se jsir minn Mons. Arċisqof Emeritu.
12:00 pm Il-Fondazzjoni Wirt Artna tispara salut mis- Saluting Battery tal-Barrakka ta’ Fuq.
4.00 pm Il-Banda tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu tagħmel marċ minn Triq ir-Repubblika (minn quddiem La Valette), Triq San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl.
6.00 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali “Saulus”.
7:00 pm Purċissjoni bil-vara ta’ San Pawl u l-Kolonna Insinji. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. La Valette tilqa’ l-purċissjoni fil-ħruġ u takkumpanja. Il-purċissjoni tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Sant’ Ursola (waqfa quddiem il-Monasteru tas-Sorijiet), Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran. Meta l-vara ta’ San Pawl tasal fi Triq il-Mediterran, din tittella’ maġenb il-Monument tal-Qanpiena fejn l-Arċipriet imexxi ċ-ċerimonja tal-Istqarrija tal-Fidi. Wara l-purċissjoni tkompli minn Triq San Nikola, Triq Merkanti, Triq l-Arċisqof, u Triq San Pawl.
10.30 pm Dħul tal-vara ta’ San Pawl fil-Knisja. Jitkantaw innijiet Pawlini, l-Antifona ‘Sancte Paule’ u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Kor u orkestra waqt il-Quddiesa Pontifikali u waqt l-Għeluq tal-Festa filgħaxija se jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D.