IS-SIBT, 13 TA’ JANNAR
KONĊELEBRAZZJONI U ĦRUĠ TAL-VARA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA
5.30 pm Rużarju
6.00 pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arċipriet, Kan. Pen. Dun Vinċenz Borg. Fi tmiem il-Quddiesa, tiġi esegwita l-Antifona Sancte Paule ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l- konċelebrazzjoni solenni, isir il-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa akkumpanjata minn innijiet popolari Pawlini u tingħad il-kurunella mill-Kan. Teżorier Dun Ġwann Ciarlò. Diskors mill-President tal-Għaqda tal-Pawlini, is-Sur Mario Cassar. Diskors mill-Arċipriet fuq il-valur tal-Festa.
9.00 pm Dinner Dance fil-Westin Dragonara organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini.

IL-ĦADD, 14 TA’ JANNAR
11.45 am Quddiesa animata miż-żgħażagħ Pawlini
6.00 pm Quddiesa għas-suċċess tal-Festa u biex jinkiseb il-frott spiritwali.

IT-TNEJN, 15 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa bil-prietka mill-Kan. Dun Dillion Bugeja. Mistiedna speċjali l-letturi tal-Kelma t’Alla.

IT-TLIETA, 16 TA’ JANNAR
Jum il-Karità
6.00pm Quddiesa bil-prietka mill-Kan. Dun Stephan Galea. Mistiedna l-membri tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karità u l-membri tas-Soċjetà San Vinċenz de Paul.

L-ERBGĦA, 17 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa animata mill-Grupp Ħniena Divina. Jiċċelebra l-Kan. Dun Antoine Borg.
6.30 pm Adorazzjoni animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

IL-ĦAMIS, 18 TA’ JANNAR
Jum Marjan
6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani ta’ Santa Marija ta’ Ġesù akkompanjati mill-Kor Antonjan. Mistiedna l-Grupp Kulturali Marjan u Legion of Mary

IL-ĠIMGĦA, 19 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa f’ġieħ Sant’Anġela Merici għall-membri tal-Istitut Sekulari Sant’Anġela Merici.
8.30 pm Brass Band tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’, imtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini fis-sede tal-istess Soċjetà Mużikali fi Triq ir-Repubblika.

IS-SIBT, 20 TA’ JANNAR
Ftuħ taċ-Ċelebrazzjonijiet Valletta 2018 – Festa għat-tfal ta’ Malta kollha
9.30 am Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Dun David Farrugia, Kappillan ta’ Ħal Safi, għat-tfal ta’ Malta kollha fil-Knisja ta’ Sant’Ursula.
10.00 am Manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. Il-Manifestazzjoni tgħaddi minn Triq Sant’Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq il-Lvant, Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika u Triq Santa Luċija. Fl-aħħar tal-manifestazzjoni, l-istatwa tittella’ f’postha fuq il-palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl fost l-entużjażmu tal-partitarji żgħażagħ Pawlini.
6.00 pm Quddiesa. Mistiedna speċjali l-Koppji Miżżewġin. Jinqraw il-wegħdiet tal-miżżewġin. Jiċċelebra l-Kan. Ex-Arċipriet Dun Alfred Camilleri.

Il-ĦADD, 21 TA’ JANNAR
PREŻENTAZZJONI TAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI
10.00 am Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Teżorier Dun Ġwann Ciarlò li fiha ssir preżentazzjoni tat-trabi u tat-tfal.
6.00pm Quddiesa organizzata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Jiċċelebra l-Kan. Dun Charles Vella.
8.00 pm Riċeviment mogħti mill-President u l-Kumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ fis-sede tas-Soċjetà.

IT-TNEJN, 22 TA’ JANNAR
Jum l-Unità tal-Parroċċi
6.00 pm Quddiesa. Mistiedna l-Kappillani ta’ San Duminku, Santu Wistin u San Publiju flimkien mar-Retturi tal-Knejjes l-oħra u l-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jippresiedi Rev. Mons. Victor Zammit McKeon, Rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
8.00 pm Riċeviment mogħti mill-Għaqda tal-Pawlini fid-Domus Pauli u preżentazzjoni tal-Premju San Pawl għas-sena 2017-18 mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini.

IT-TLIETA, 23 TA’ JANNAR
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Lawrence Zammit
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Dun Lawrence Zammit. Wara l-Quddiesa, l-ewwel prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Marc Andrè Camilleri (Kappillan ta’ Kristu Re, Paola), Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Arċipriet Kan. Penitenzier Dun Vincent Borg. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
7.30 pm Kunċert Ġenerali tradizzjonali fis-sede tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jiġu esegwiti marċi mill-arkivju tas-Soċjetà u jindaqqu ukoll innijiet popolari fosthom il-Marcia San Paolo ta’ Maestro Cardenio Botti.

L-ERBGĦA, 24 TA’ JANNAR
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Frans Perici Calascione.
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Teżorier Dun Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa, it-tieni prietka tat-Tridu minn Rev. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-ex-Arċipriet Kan. Dun Alfred Camilleri. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
7.00 pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran. Fl-aħħar tal-marċ, l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall quddiem il-Barrakka t’Isfel.

IL-ĦAMIS, 25 TA’ JANNAR
FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU
9.30 am Adorazzjoni mmexxija mis-Sur Joe Fenech għal Preservazzjoni tal-Fidi.
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan.Teżorier Dun Ġwann Ciarlò.
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kantur Dun Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, it-tielet prietka tat-Tridu minn Rev. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Arċipriet Kan. Penitenzier Vincent Borg. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
7.00 pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl fil-Konverżjoni bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq il-Lvant (minn ħdejn il-maħżen tal-armar), Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq San Ġwann u Misraħ San Ġwann. Fl-aħħar tal-marċ l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall maestuż fost il-briju tal-partitarji.

IL-ĠIMGĦA 26 TA’ JANNAR
LEJLET IL-FESTA
10.00 am Quddiesa għall-anzjani u għall-morda li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Iqaddes l-eks-Arċipriet Kan. Mons. Alex Cordina. Il-qraba ta’ dawk li huma rikoverati f’xi dar tal-Anzjani huma mitluba jġibuhom huma stess.
5.15 pm Transulazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritus. Għasar solenni bis-sehem tal-kor u l-orkestra.
7.00 pm Quddiesa Kantata ta’ lejlet il-Festa mmexxija mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi.
7.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun li jibda minn Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl. Il-Banda Beland tkompli minn Triq San Kristofru sa ħdejn il-Barrakka t’Isfel, filwaqt li l-Banda La Valette tkompli minn Triq San Nikola, Triq il-Mediterran sa ħdejn il-Barrakka t’Isfel. Fl-aħħar tal-marċ isir spettaklu pirotekniku tal-art u tal-ajru fil-Port il-Kbir imtella’ mill-Kummissjoni Nar tal-Għaqda tal-Pawlini.

IS-SIBT 27 TA’ JANNAR
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00 am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Portu Salvu u San Duminku.
8.00 am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Deo Debono O.S.A., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin.
Għall-quddies tas-7.00 am u tat-8.00 am mistiedna s-Superjuri u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt.
9.00 am Jasal l-Eċċ. Tiegħu Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u l-Eċċ. Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.
9.15 am Quddiesa Pontfikali mill-Eċċ. Tiegħu Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Jinseġ il-Paniġierku l-istess Monsinjur Arċisqof.
11.45 am Quddiesa letta minn. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.
12.00 pm Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin.
1.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ li jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Triq Nofsinhar, Triq Żakkarija, Misraħ San Ġwann, Triq San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl.
3.45 pm Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi mill-Kan. Magister Carmelo Busuttil Arċipriet tal-parroċċa tal-Birgu.
4.45 pm Għasar Kantat.
5.30 pm Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. Imexxi l-Kan. Dun Lawrence Zammit. Jakkumpanjaw il-Purċissjoni sad-dħul tal-vara fil-Knisja, is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat u s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi.
6.30 pm L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun tesegwixxi programm mużikali fuq il-palk fi triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl.
Matul il-purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini.
7.00 pm Stqarrija tal-fidi fi Pjazza San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, il-Kan. Pen. Vincent Borg.
9.30 pm Dħul tal-Purċissjoni. Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

IS-SIBT 10 TA’ FRAR
Il-Festa Liturġika tan-Nawfraġju ta’ San Pawl
9.00 am Quddiesa Kantata mill-Kan. Teżorier Dun Ġwann Ciarlò bis-sehem tal-kor parrokkjali.

IL-ĦADD 11 TA’ FRAR
10.00 am Quddiesa ta’ Ringrazzjament ’l Alla u lill-Appostlu Missierna San Pawl għas-suċċess tal-Festa. L-Arċipriet u l-Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il-Festa kienet ta’ suċċess. Dħul tal-Vara lura fin-niċċa.

Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’.

Fil-Quddiesa tal-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-Ewwel Jum tat-Tridu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Maestro Dr Joseph Gatt PH.D. Fit-13 ta’ Jannar l-orkestra hija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.


Programm Pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini

Il-ĠIMGĦA, 26 TA’ JANNAR
Lejlet il-Festa
Mal-wasla tal-marċ qrib il-Ġonna tal-Barrakka t’Isfel, isir ħruq ta’ salut, sfejjer, blalen, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa infernali.
Wara, jinħaraq in-nar tal-art fi Triq il-Mediterran (taħt il-Monument tal-Qanpiena).

IS-SIBT, 27 TA’ JANNAR
Jum il-Festa
12.00 pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.
5.30 pm Il-Kummissjoni Nar issellem lill-vara artistika u maestuża tal-Appostlu Missierna San Pawl b’salut tul Triq San Pawl.
Mal-wasla tal-vara fi Triq Merkanti tinħaraq kaxxa infernali tal-bomba u spanjola. Wara, akkumpanjament ta’ murtali tal-beraq, murtali tal-logħob, sfejjer u blalen sakemm il-vara tasal fi Triq ir-Repubblika.