Programm tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

IS-SIBT, 21 TA’ JANNAR
KONĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ TAL-FESTA u ĦRUĠ TAL-VARA MIN-NIĊĊA

9.30 a.m. Donazzjoni tad-demm fiċ-Ċentru
tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni
Save a Life fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini
5.30 p.m. Rużarju
6.00 p.m. Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Fi tmiem il-quddiesa tkun esegwita l-antifona Sancte Paule ta’ Mro. Dr Paolo Nani, tingħad il-kurunella u jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa waqt li jitkantaw innijiet Pawlini.
Ir-reffiegħa tal-vara ta’ San Pawl, jingħataw il-mandat tar-reffiegħa għas-sena 2023.
9.00 p.m. Dinner dance fil-Westin Dragonara organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini bis-sostenn tal-Fondazzjoni Save a Life

Il-ĦADD, 22 TA’ JANNAR
12.00 p.m. Quddiesa animata mis-Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette
6.00 p.m. Quddiesa għas-suċċess tal-Festa u biex jinkiseb il-frott spiritwali

IT-TNEJN, 23 TA’ JANNAR
6.00 p.m. Quddiesa għat-tfal tad-duttrina, immexxija mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia

IT-TLIETA, 24 TA’ JANNAR
Jum il-Kelma ta’ Alla u l-Ewkaristija
6.00 p.m. Quddiesa. Jiċċelebra l-Kan. Dun Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Mistiedna l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

L-ERBGĦA, 25 TA’ JANNAR
Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl
6.00 p.m. Quddiesa Kapitulari mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Jipprietka l-Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Il-ĦAMIS, 26 TA’ JANNAR
6.00 p.m. Quddiesa organizzata mit-Teen Klabb. Jiċċelebra Dun James Saydon, Direttur Nazzjonali tal-Vokazzjonijiet u Chaplain tas-Seminarju tal-Arċisqof.

IL-ĠIMGĦA, 27 TA’ JANNAR
6.00 p.m. Quddiesa animata mill-Istitut Sant’Anġela Merici. Iqaddes il-Kan. Dun Charles Vella, saċerdot residenti fil-Parroċċa.


IS-SIBT, 28 TA’ JANNAR
6.00p.m. Quddiesa għall-membri tal-Għaqdiet: Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali, u Soċjetà tal-Mużew. Iqaddes il-Kan. Dun David Farrugia, Arċipriet ta’ Ħad-Dingli.
7.15 p.m. Serata mużiko-letterarja mtella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina fil-Knisja Kolleġġjata.
IL-ĦADD, 29 TA’ JANNAR
JUM IL-KARITÀ

10.30 a.m. Quddiesa organizzata mill-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità, l-Għaqda San Vinċenz De Paul u l-Fondazzjoni Soup Kitchen OFM. Jiċċelebra l-Arċipriet Kan. Dun David Cilia.
12.00 p.m. Quddiesa animata miż-Żgħażagħ Pawlini. Iqaddes il-Kan. Patri Majjistru Charles Tabone O.P.

IT-TNEJN, 30 TA’ JANNAR
6.00 p.m. Quddiesa organizzata mil-Ladies Circle, immexxija minn Kan. Dun Stefan Galea

IT-TLIETA, 31 TA’ JANNAR
6:00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani

L-ERBGĦA, 1 TA’ FRAR
JUM IL-KONFRATERNITAJIET

6.00 p.m. Quddiesa għall-membri tal-Konfraternitajiet tal-Parroċċa, mmexxija mill-Kan. Dun Dillon Bugeja

Il-ĦAMIS, 2 TA’ FRAR
FESTA SOLENNI TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ

6.00 p.m. Quddiesa Kapitulari tal-Preżentazzjoni tal-Mulej mmexxija minn Kan. Dun David Torpiano, Kanċillier tal-Kapitlu
IL-ĠIMGĦA, 3 TA’ FRAR
JUM L-UNITÀ TAL-PARROĊĊI

6.00 p.m. Quddiesa. mistiedna l-Kappillani ta’ Portu Salvu, Santu Wistin u San Publiju flimkien mar-Retturi tal-Knejjes l-oħra u l-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jiċċelebra l-Kappillan Patri Alex Cauchi OSA, Kappillan ta’ Santu Wistin.
7.30 p.m. Kunċert Ġenerali tradizzjonali fis-sede tas-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette. Jindaqqu marċi mill-arkivju tas-Società u jindaqqu wkoll innijiet popolari fosthom il-Marcia San Paolo ta’ Maestro Cardenio Botti.

IS-SIBT, 4 TA’ FRAR
FESTA GĦAT-TFAL

10.00 am. Quddiesa għat-tfal iċċelebrata minn Dun Jean Claude Schembri, miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Fi tmiem il-quddiesa ssir il-preżenatazzjoni tat-trabi.
Wara ssir manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl bis-sehem tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il-manifestazzjoni tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika u Triq Santa Luċija. Fl-aħħar tal-manifestazzjoni, l-istatwa tittella’ f’postha fuq il-palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl fost l-entużjażmu tal-partitarji żgħażagħ Pawlini.
8.00 p.m. ’Lejla fil-Kapitali’, serata ta’ mużika varjata u kontemporanja fi Triq San Pawl

IL-ĦADD, 5 TA’ FRAR
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI

10.30 a.m. Attività għall-morda u l-anzjani. Quddiesa li fiha jkun amministrat is-sagrament tal-morda. Iqaddes Patri Victor Paul Farrugia O.Carm, Ċerimonjier tal-Kapitlu. Jassistu l-Arċipriet u l-Kan. Dun David Torpiano.
6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini. Jiċċelebra l-Monsinjur Kanonku Dun Mario Tong, ex-Arċipriet.
8.00p.m. Riċeviment mogħti mill-President u l-Kumitat tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette fis-sede tas-Società


IT-TNEJN, 6 TA’ FRAR
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun Anton Galea Scannura, Kappillan ta’ Birżebbuġa
6.00 p.m. Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes Kan. Dun Peter Ellul. Wara l-Quddiesa, l-ewwel prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Brendan Gatt. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun Antoine Borg. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
8.00 p.m. Riċeviment mogħti mill-Għaqda tal-Pawlini fid-Domus Pauli u preżentazzjoni tal-Premju San Pawl għas-sena 2022-23 mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini

IT-TLIETA, 7 TA’ FRAR
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Charles Cini, Arċipriet tal-Furjana
6.00 p.m. Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Dun Vinċenz Borg. Wara l-Quddiesa, it-tieni prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Brendan Gatt. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra il-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
8.30 p.m. Brass Band imtella’ mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette, flimkien mal-Għaqda tal-Pawlini fis-sede tal-istess società mużikali fi Triq ir-Repubblika

L-ERBGĦA, 8 TA’ FRAR
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Andrew Schembri, Kappillan ta’ Ħal Għaxaq
6.00 p.m. Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Dun David Torpiano. Wara l-Quddiesa, it-tielet prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Brendan Gatt. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun David Cilia, Arċipriet tal-Kolleġġjata. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran. Fl-aħħar tal-marċ, l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall quddiem il-Barrakka t’isfel.

IL-ĦAMIS, 9 TA’ FRAR
LEJLET IL-FESTA

5.15 p.m. Transulazzjoni u Għasar Solenni u barka mmexxijin mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Joseph Galea Curmi, bis-sehem tal-kor u l-orkestra
7.00 p.m. Quddiesa Kantata ta’ lejlet il-festa mmexxija mill-Arċipriet il-Kanonku Dun David Cilia
7.30 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun. Is-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tibda minn Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il-Monument tal-Qanpiena, filwaqt li l-Banda Beland tibda minn Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il-Monument tal-Qanpiena. Fl-aħħar tal-marċ isir spettaklu pirotekniku tal-art u tal-ajru fil-Port il-Kbir imtella’ mill-Kummissjoni Nar tal-Għaqda tal-Pawlini.

IL-ĠIMGĦA, 10 TA’ FRAR
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL

7.00 a.m. Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P. Kappillan tal-Parroċċa ta’ Portu Salvu
8.00 a.m. Quddiesa ċċelebrata minn Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet tal-Kolleġġjata tal-Kunċizzjoni, Bormla, u kkonċelebrata mill-kappillani tal-Parroċċi tal-Port
9.15 a.m. Jasal l-Eċċ. Tiegħu Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju, u l-Eċċ. Tiegħu Dr George Vella, President ta’ Malta
9.30 a.m. Quddiesa Pontfikali ppreseduta mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljaru flimkien mal-Kapitlu. Jinseġ il-Paniġierku l-Kan. Dun Anton Galea Scannura.
12.00 p.m. Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia O.Carm
12.00 p.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-10 ta’ Frar – Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin
1.00 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette li jgħaddi Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq il-Melita u Triq San Pawl
4.00 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi mill-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu
4.45 p.m. Għasar Kantat
5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. Imexxi l-Kan. Dun Stefan Galea. Takkumpanja l-purċissjoni sad-dħul tal-vara fil-Knisja is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti.
6.15 p.m. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi tesegwixxi marċ minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann u tkompli takkumpanja l-vara ta’ San Pawl minn Triq il-Merkanti, Triq il-Melita u Triq San Pawl sad-dħul tal-vara fil-Knisja
7.00 p.m. Stqarrija tal-Fidi f’Misraħ San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, il-Kan. Dun David Cilia
9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni. Antifona, Innu u Barka Sagramentali. Matul il-purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini.

IL-ĦADD, 12 TA’ FRAR
6.00 p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament ’l Alla u lill-Appostlu Missierna San Pawl għas-suċċess tal-festa. L-Arċipriet u l-Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il-Festa kienet ta’ suċċess. Wara jsir id-dħul tal-vara fin-niċċa.
NOTI:
Din is-sena, Monsinjur Arċisqof ma jistax jieħu sehem minħabba li se jkun impenjat jattendi l-fażi kontinentali tas-Sinodu

F’każ li l-purċissjoni tkun imħassra minħabba l-maltemp, tkun posposta għall-ġurnata tas-Sibt 11 ta’ Frar 2023

Mużika:
Il-Cappella Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz ser takkumpanja il-funzjonijiet liturġiċi fil-quddiesa tal-ftuħ tal-festa u mill-ewwel tat-Tridu ’l quddiem. Fil-funzjonijiet prinċipali kollha ser tiġi esegwita l-mużika ta’ Dr Paolo, Anton u Paul Nani.

Minn wara l-ftuħ tal-festa sal-5 ta’ Frar, l-Kor Parrokkjali ’Saulus’ taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrè Paul Huber, iż-Żgħażagħ Pawlini, u Teen Club janimaw il-quddies fil-ġranet l-oħra.
Fil-21 ta’ Jannar jum il-ftuħ tal-festa, l-orkestra hija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.

Programm Pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda Pawlini

L-ERBGĦA, 8 TA’ FRAR
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU

9.00p.m. Il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini ssellem lill-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu mal-wasla tiegħu biswit il-Monument tal-Qanpiena

IL-ĦAMIS, 9 TA’ FRAR
LEJLET IL-FESTA

9.45p.m. Ħruq ta’ lampjuni, sfejjer, blalen, murtali tal-beraq, beraq pront, murtali tal-logħob u murtali tal-kulur flimkien ma’ kaxxa infernali (Display Show)
10.45p.m. Nar tal-art akkumpanjat minn spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika fi Triq il-Mediterran, taħt il-Monument tal-Qanpiena

IL-ĠIMGĦA, 10 TA’ FRAR
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL

8.00a.m. Ħruq ta’ bomba u murtaletti.
12.00p.m. Ħruq ta’ bomba u murtaletti
5.30p.m. Il-Kummissjoni Nar, fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini ssellem lill-vara artistika u maestuża tal-Appostlu Missierna San Pawl b’salut u murtali tal-beraq waqt il-ħruġ tal-purċissjoni. Mal-wasla tal-vara fi Triq il-Merkanti, tinħaraq kaxxa infernali spanjola segwita minn akkumpanjament ta’ murtali tal-beraq, sfejjer u blalen sakemm il-purċissjoni tasal quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn issir l-Istqarrija tal-Fidi.