Wara l-elezzjoni tal-Kumitat 2015/16, il-Kummissjoni għall-Komunikazzjoni fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini ħadet id-deċiżjoni li tinvesti f’għodda kontemporanji li bħal f’oqsma oħra ser iwassluha biex tkun minn tal-ewwel li tipproponi mezzi friski fil-kultura tal-festi Maltin u Għawdxin. L-innovazzjoni tas-sit uffiċċjali tal-Għaqda kien xieraq u b’hekk ġie kkummisjonat id-diżinjatur Gabriel Bajada sabiex fuq direzzjoni tal-Kummissjoni, joħloq sit attrajenti, faċli li jinżamm aġġornat u b’funzjoni adattata għal pjattaformi varji bħall-mobile, tablet u laptops.
Hija xewqa tagħna li dan is-sit isir sors ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni għall-Pawlini Beltin, iżda anki dawk Maltin u anki barranin. Sabiex dan is-sit jibqa’ ħaj hemm bżonn is-sapport ta’ wħud fostkom li jgħoġobhom ikunu sponsors tal-proġett. Hawn huma tlett skemi li permezz tagħhom tistgħu tkunu parti minn dan is-suċċess u li permezz tagħhom tiggwadanjaw minn reklamar fuq l-istess sit u l-midja soċjali tal-Għaqda. Dawn l-iskemi joffru varjetà ta’ għażliet ta’ reklamar kif ukoll perjodi li fihom jidher ir-riklam tagħkom.
Nittamaw li jkun hawn min fostkom jitħajjar jgħamel dan. Napprezzaw jekk tesprimu l-interess permezz ta’ ittra elettronika fuq info@www.sanpawl.com
Skema A | Skema B | Skema C | |
---|---|---|---|
Kontribuzzjoni | €200 | €100 | €50 |
Riklam fuq is-sit | ✔ | ✔ | ✔ |
Riklam fuq Facebook | ✔ | ✔ | ✔ |
Riklam fuq Instagram | ✔ | ||
Perjodu ta’ sena | ✔ | ||
Perjodu ta’ sitt xhur | ✔ | ||
Perjodu ta’ xahar | ✔ |
Grazzi mill-qalb u viva San Pawl!