Programm tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta
3 – 24 ta’ Frar 2024
IL‑ĦAMIS, 25 TA’ JANNAR – FESTA TAL‑KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL
6.00pm Quddiesa Kapitulari mill‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Jipprietka l‑Kan. Mons. Claude Portelli, Delegat tal‑Arċisqof għall‑Kultura.
IL‑ĠIMGĦA, 2 TA’ FRAR – FESTA TAL‑PREŻENTAZZJONI TAL‑MULEJ
6.00pm Quddiesa Kapitulari tal‑Kandlora mill‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia bis‑sehem tal‑Kor Parrokkjali Saulus. Waqt iċ‑ċelebrazzjoni, jitbierku x‑xemgħat.
IS‑SIBT, 3 TA’ FRAR – KONĊELEBRAZZJONI TAL‑FTUĦ TAL‑FESTA
9.30am Donazzjoni tad‑demm fiċ‑Ċentru tal‑Għoti tad‑Demm, Gwardamanġa, b’kollaborazzjoni mal‑Fondazzjoni Save a Life fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini
5.30pm Rużarju
6.00pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Fi tmiem il‑quddiesa, tkun esegwita l‑antifona Sancte Paule ta’ Mro Dr Paolo Nani; tingħad il‑kurunella u jsir il‑ħruġ tal‑vara min‑niċċa waqt li jitkantaw innijiet Pawlini.
Ir‑reffiegħa tal‑vara ta’ San Pawl jingħataw il‑mandat tar‑reffiegħa għas‑sena 2024.
9.00pm Dinner Dance fil‑Westin Dragonara, organizzat mill‑Għaqda tal‑Pawlini bis‑sapport tal‑Fondazzjoni Save a Life
Il‑ĦADD, 4 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa għas‑suċċess tal‑festa u biex jinkiseb il‑frott spiritwali
IT‑TNEJN, 5 TA’ FRAR – FESTA TA’ SANT’AGATA
6.00pm Quddiesa bil‑prietka dwar Sant’Agata minn Monsinjur Paul Carmel Vella, Rettur tal‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann
IT‑TLIETA, 6 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa għat‑tfal tad‑duttrina, immexxija mill‑Kan. Dun David Torpiano, Delegat tal‑Arċisqof għall‑Katekeżi
L‑ERBGĦA, 7 TA’ FRAR – JUM IL‑KELMA TA’ ALLA U L‑EWKARISTIJA
6.00pm Quddiesa. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Mistiedna l‑Letturi u l‑Ministri Straordinarji tat‑Tqarbin.
Il‑ĦAMIS, 8 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa organizzata mit‑Teen Klabb. Jiċċelebra Dun Clive Seychell, saċerdot novell.
IL‑ĠIMGĦA, 9 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa f’ġieħ Sant’Angela Merici, animata mill‑Membri tal‑Istitut Sekulari Sant’Angela Merici. Iqaddes il‑Kan. Dun Dillon Bugeja.
IS‑SIBT, 10 TA’ FRAR – FESTA LITURĠIKA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
10.30am Quddiesa Kapitulari mmexxija mill‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia f’jum il‑Festa Liturġika ta’ San Pawl Nawfragu. Jagħmel il‑paniġierku Patri Christopher Caruana O.P. Tieħu sehem l‑orkestra mmexxija minn Mro Hermann Farrugia Frantz, u tindaqq l‑antifona Sancte Paule.
12.00pm Il‑Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis‑Saluting Battery tal‑Belt Valletta fl‑okkażjoni tal‑Festa tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal‑Gżejjer Maltin
4.30pm Quddiesa bil-magħmudijiet
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Għaqdiet: Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali, u l‑MUSEUM. Iqaddes il‑Kan. Monsinjur Alfred Camilleri, Arċipriet Emeritu tal‑Kolleġġjata.
7.00pm Inawgurazzjoni uffiċjali tal-monument ta’ San Pawl Nawfragu fil-qalba tal-Parroċċa (l-Arċipierku) bis-sehem tal-Filarmonica Nazionale La Valette, fejn tesegwixxi marċi brijużi u Innijiet Pawlini
IL‑ĦADD, 11 TA’ FRAR – JUM IS‑SOCIETÀ FILARMONICA NAZIONALE LA VALETTE
10.30am Quddiesa animata miż-Żgħażagħ Pawlini. Iqaddes Patri Ian Zammit O.P., saċerdot novell.
12.00pm Quddiesa animata mis‑Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette. Iqaddes il‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑Birgu.
IT‑TNEJN, 12 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa organizzata mil‑Ladies Circle. Iqaddes Patri Victor Paul Farrugia O. Carm., Ċerimonjier tal‑Kapitlu.
IT‑TLIETA, 13 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa mmexxija mill‑Patrijiet Franġiskani Minuri. Mistiedna l‑Arċikonfraternità tas‑SS.mu Kurċifiss.
L‑ERBGĦA, 14 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa tal‑Komunità nhar l‑Erbgħa tal‑Irmied. Illum huwa jum ta’ sawm u astinenza.
Il‑ĦAMIS, 15 TA’ FRAR – JUM IL‑KONFRATERNITAJIET
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Konfraternitajiet tal‑Parroċċa. Iqaddes il‑Kan. Dun Charles Vella.
IL‑ĠIMGĦA, 16 TA’ FRAR – JUM L‑UNITÀ TAL‑PARROĊĊI
6.00pm Quddiesa li għaliha huma mistiedna l‑Kappillani tal‑Portu Salvu, Santu Wistin (il‑Belt) u San Publju (il‑Furjana) flimkien mar‑Retturi tal‑Knejjes l‑oħra u l‑membri tal‑Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jiċċelebra l‑Kappillan Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal‑Portu Salvu, tal‑Belt Valletta.
7.30pm Serata mużiko‑letterarja mtellgħa mill‑Akkademja Kulturali tal‑Għaqda tal‑Pawlini, bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt is‑serata jinqraw siltiet oriġinali kif ukoll oħrajn magħrufa b’tema Pawlina.
IS‑SIBT, 17 TA’ FRAR – FESTA GĦAT‑TFAL
10.00am Quddiesa għat‑tfal iċċelebrata minn Dun Gylan Camilleri, saċerdot novell. Fi tmiem il‑quddiesa ssir il‑preżenatazzjoni tat‑trabi.
Wara ssir manifestazzjoni bl‑istatwa ż‑żgħira ta’ San Pawl, bis‑sehem tal‑Piccola Banda tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il‑manifestazzjoni tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika u Triq Santa Luċija. Fit‑tmiem, l‑istatwa tittella’ f’postha fuq il‑palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl, fost l‑entużjażmu tal‑partitarji żgħażagħ Pawlini.
8.00pm Lejla fil‑Kapitali ‑ serata ta’ mużika varjata u kontemporanja fi Triq San Pawl, bis‑sehem ta’ Spiteri Lucas Band
IL‑ĦADD, 18 TA’ FRAR – JUM L‑GĦAQDA TAL‑PAWLINI
10.30am Quddiesa bi stedina speċjali lill‑morda u ’l‑anzjani, li fiha jkun amministrat is‑sagrament tal‑Griżma tal‑Morda. Iqaddes l‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia u jassisti l‑Kan. Dun David Torpiano.
12.00pm Quddiesa organizzata mill-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità, l-Għaqda San Vinċenz De Paul u l-Fondazzjoni Soup Kitchen OFM. Jiċċelebra l-Kan. Patri Majjistru Charles Tabone O.P.
6.00pm Quddiesa organizzata mill‑Għaqda tal‑Pawlini. Jiċċelebra l‑Kan. Dun David Torpiano.
8.00pm Riċeviment mogħti mill‑President u l‑Kumitat tas‑Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette, fis‑sede tas‑Società
IT‑TNEJN, 19 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa għall‑benefatturi ħajjin u mejtin. Iqaddes l‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia.
8.00pm Kunċert Ġenerali fis‑Sede tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette
IT‑TLIETA, 20 TA’ FRAR – L‑EWWEL JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun Anton Galea Scannura, Arċipriet taż‑Żejtun
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Dun Peter Ellul. Wara l‑Quddiesa, l‑ewwel prietka tat‑Tridu mill‑Papàs Martin Zammit, Kappillan tal‑parroċċa Griega‑Kattolika ddedikata lil Sidtna Marija ta’ Damasku, tal‑Belt Valletta. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Antoine Borg. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
8.00pm Riċeviment mill‑Għaqda tal‑Pawlini fid‑Domus Pauli u preżentazzjoni tal‑Premju San Pawl għas‑sena 2023‑2024 mill‑Fergħa Żgħażagħ Pawlini
L‑ERBGĦA, 21 TA’ FRAR – IT‑TIENI JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun Charles Cini, Arċipriet tal‑Furjana
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Penit. Dun Vinċenz Borg, Arċipriet Emeritu tal‑Kolleġġjata. Wara l‑Quddiesa, it‑tieni prietka tat‑Tridu mill‑Papàs Martin Zammit. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑Birgu. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
8.30pm Serata ta’ mużika leġġera mtellgħa mill-Għaqda tal-Pawlini flimkien mas-Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette bis-sehem tal-brass band tal-istess Soċietà, quddiem is-sede f’Triq ir-Repubblika
IL‑ĦAMIS, 22 TA’ FRAR – IT‑TIELET JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun Stefan Galea
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Dun David Torpiano. Wara l‑Quddiesa, it‑tielet prietka tat‑Tridu mill‑Papàs Martin Zammit. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun David Cilia, Arċipriet tal‑Kolleġġjata. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
7.00pm Manifestazzjoni bl‑istatwa ta’ San Pawl Nawfragu, bil‑parteċipazzjoni tal‑Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara. Il‑marċ jgħaddi minn Triq ir‑Repubblika, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq San Nikola u Triq il‑Mediterran. Fl‑aħħar tal‑marċ, l‑istatwa tittella’ fuq il‑pedestall quddiem il‑Barrakka t’Isfel.
IL‑ĠIMGĦA, 23 TA’ FRAR – LEJLET IL‑FESTA
5.15pm Translazzjoni u Għasar Solenni u Barka Sagramentali mmexxijin mill‑Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof Metropolita Charles J. Scicluna, bis‑sehem tal‑Kapitlu u tal‑Cappella mużikali
7.00pm Quddiesa Kantata ta’ lejlet il‑festa, immexxija mill‑Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi
7.30pm Marċ tradizzjonali ta’ Lejlet il‑Festa organizzat mill‑Għaqda tal‑Pawlini, bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il‑marċ jibda minn Triq ir‑Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il‑Monument tal‑Qanpiena. Fl‑aħħar tal‑marċ isir spettaklu pirotekniku tal‑art u tal‑ajru fil‑Port il‑Kbir, imtella’ mill‑Kummissjoni Nar tal‑Għaqda tal‑Pawlini.
IS‑SIBT, 24 TA’ FRAR – JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Portu Salvu, il‑Belt Valletta
8.00am Quddiesa ċċelebrata mill‑Kan. Dun Robin Camilleri, Arċipriet tal‑Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l‑Isla u kkonċelebrata mill‑Arċiprieti tal‑Parroċċi tal‑Port
9.15am Jasal l‑Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, u l‑Eċċ. Tiegħu Dr George Vella, President ta’ Malta
9.30am Quddiesa Pontifikali ppreseduta mill‑Eċċ. Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, flimkien mal‑Kapitlu. Jinseġ il‑paniġierku l‑istess Monsinjur Arċisqof.
12.00pm Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia O. Carm.
12.45pm Marċ tradizzjonali Tas‑Siegħa mtella’ mill‑Għaqda tal‑Pawlini bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette li jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il‑Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl
4.00pm Quddiesa bl‑Ingliż għall‑viżitaturi mill‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑Birgu
4.45pm Għasar Kantat
5.30pm Purċissjoni Sinodali bil‑vara ta’ San Pawl u r‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż. Imexxi l‑Kan. Dun David Farrugia, Arċipriet ta’ Ħad‑Dingli. Takkumpanja l‑purċissjoni, sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja, is‑Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar‑Rabat, li tilqa’ l‑ħruġ tal‑vara ta’ San Pawl mill‑knisja bl‑innu lil San Pawl, ta’ Mro Cardenio Botti. Il‑purċissjoni tgħaddi minn dawn it‑toroq: Triq San Pawl, Triq San Duminku, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il‑Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl.
6.15pm Il‑Banda tal‑Għaqda Mużikali Beland taż‑Żejtun tesegwixxi marċ minn Triq ir‑Repubblika, Pjazza San Ġwann u tkompli takkumpanja l‑vara ta’ San Pawl minn Triq il‑Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl, sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja
7.00pm Stqarrija tal‑Fidi f’Misraħ San Ġwann, immexxija mill‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia
9.30pm Dħul tal‑Purċissjoni. Antifona, Innu u Barka Sagramentali.
Matul il‑purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini.
Il‑ĦADD, 3 TA’ MARZU
6.00pm Quddiesa ta’ ringrazzjament ’l Alla u lill‑Appostlu Missierna San Pawl għas‑suċċess tal‑festa. L‑Arċipriet u l‑Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il‑Festa kienet ta’ suċċess. Wara jsir id‑dħul tal‑vara fin‑niċċa.
NOTI:
F’każ ta’ maltemp, iċ‑ċelebrazzjonijiet esterni tal‑Festa jitmexxew għal nhar il‑Ħadd 25 ta’ Frar, 2024
Fit‑3 ta’ Frar, Jum il‑ftuħ tal‑Festa, l‑orkestra hija fuq stedina tal‑Għaqda tal‑Pawlini
Il‑Kor Cappella Bel Canto taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz ser takkumpanja l‑funzjonijiet liturġiċi fil‑quddiesa tal‑ftuħ tal‑Festa, fil‑quddiesa Kapitulari tal‑10 ta’ Frar u mill‑ewwel jum tat‑Tridu. Fil‑funzjonijiet prinċipali kollha ser tiġi esegwita l‑mużika ta’ Dr Paolo, Anton u Paul Nani.
Minn wara l‑ftuħ tal‑Festa sad‑19 ta’ Frar, jieħu sehem il‑Kor Parrokkjali Saulus taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Andrè Paul Huber. Iż‑Żgħażagħ Pawlini u Teen Club janimaw il‑quddies iddedikat lilhom.
Programm Pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar
IL‑ĦAMIS, 22 TA’ FRAR – IT‑TIELET JUM TAT‑TRIDU
9.00pm Il‑Fergħa Żgħażagħ Pawlini, bil‑kollaborazzjoni tal‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini ssellem lill‑istatwa ta’ San Pawl Nawfragu mal‑wasla tiegħu biswit il‑Monument tal‑Qanpiena
IL‑ĠIMGĦA, 23 TA’ FRAR – LEJLET IL‑FESTA
9.45pm Ħruq ta’ lampjuni, sfejjer, blalen, murtali tal‑beraq, beraq pront, murtali tal‑logħob u murtali tal‑kulur flimkien ma’ kaxxa infernali (Display Show)
10.45pm Nar tal‑art akkumpanjat minn spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal‑mużika fi Triq il‑Mediterran, taħt il‑Monument tal‑Qanpiena
IL‑SIBT, 24 TA’ FRAR – JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
8.00am Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
12.00pm Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
5.30pm Il‑Kummissjoni Nar, fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini ssellem lill‑vara tal‑Appostlu Missierna San Pawl b’salut u murtali tal‑beraq waqt il‑ħruġ tal‑purċissjoni. Mal‑wasla tal‑vara fi Triq il‑Merkanti, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola, segwita minn akkumpanjament ta’ murtali tal‑beraq, sfejjer u blalen sakemm il‑purċissjoni tasal quddiem il‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir l‑Istqarrija tal‑Fidi.
NOTA:
In‑nar kollu tal‑Festa huwa maħdum mill‑Kamra tan‑Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija. Il‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini tirringrazzja lill‑benefatturi kollha li jgħinuha matul is‑sena kollha, kemm finanzjarjament kif ukoll fl‑attendenza waqt l‑attivitajiet.