IS‑SIBT, 25 TA’ JANNAR
FESTA TAL‑KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL U KONĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ TAL-FESTA
6.00pm Quddiesa Kapitulari mill‑Arċipriet Kanonku Dun David Cilia. Isir talb biex jinkiseb frott spiritwali mill‑Festa. Fi tmiem l‑quddiesa, tkun esegwita l‑Antifona Sancte Paule ta’ Mro Dr Paolo Nani; tingħad il‑Kurunella u jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa waqt li jitkantaw innijiet Pawlini.Ir-reffiegħa tal-vara ta’ San Pawl jingħataw il-mandat tar-reffiegħa għas-sena 2025.
9.00pm Dinner Dance organizzat mill‑Għaqda tal‑Pawlini
IL‑ĦADD, 26 TA’ JANNAR
JUM IL‑KARITÀ U L‑MORDA
10.30am Attività għall‑morda u l‑anzjani. Quddiesa li fiha jkun amministrat is‑Sagrament tal‑Morda. Iqaddes l‑Arċipriet Kanonku Dun David Cilia, u jassisti l‑Kanonku Dun David Torpiano.
12.00pm Quddiesa organizzata mill‑Konfraternità tal‑Karità, l‑Għaqda San Vinċenz de Paule u l‑Fondazzjoni Soup Kitchen OFM. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun David Torpiano.
IT‑TNEJN, 27 TA’ JANNAR
6.00pm Quddiesa organizzata mil‑Ladies Circle, immexxija minn Patri Victor Paul Farrugia, Ċerimonjier tal‑Kapitlu
IT‑TLIETA, 28 TA’ JANNAR
6.00pm Quddiesa għat‑tfal tad‑Duttrina u t‑TeenKlabb, immexxija mill‑Kanonku Dun David Torpiano, Delegat tal‑Arċisqof għall‑Katekeżi
L‑ERBGĦA, 29 TA’ JANNAR
JUM IL‑KELMA TA’ ALLA U L‑EWKARISTIJA
6.00pm Quddiesa ċċelebrata mill‑Kanonku Dun Charles Vella. Mistiedna l‑Letturi u l‑Ministri Straordinarji tat‑Tqarbin
IL‑ĦAMIS, 30 TA’ JANNAR
JUM IL‑KONFRATERNITAJIET
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Konfraternitajiet tal‑parroċċa, immexxija mill‑Kanonku Dun Dillon Bugeja
IL‑ĠIMGĦA, 31 TA’ JANNAR
6.00pm Quddiesa f’ġieħ Sant’Angela Merici. Iqaddes il‑Kanonku Dun Antoine Borg
6.45pm Il-Fondazzjoni Paulus bil-kollaborazzjoni tas-Societa Dante Alligheri u l-Akkademja Kulturali Pawlina u l-Kumitat tal-Casino Maltese ser issir l-inawgurazzjoni fil-Casino Maltese, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta tal-ktieb ta’ Dr Gerald Buġeja, Il-Kult Pawlin matul iż-żminijiet bħala ispirazzjoni fil-letteratura Maltija
IS‑SIBT, 1 TA’ FRAR
FESTA GĦAT‑TFAL
10.00am Quddiesa għat‑tfal iċċelebrata mill‑Kanonku Dun Mark Spiteri, Viċi Arċipriet tan‑Naxxar. Fi tmiem il‑quddiesa ssir il‑preżentazzjoni tat‑trabi. Wara ssir manifestazzjoni bl‑istatwa ż‑żgħira ta’ San Pawl, bis‑sehem tal‑Piccola Banda tas‑Società FilarmonicaNazionale La Valette. Il‑manifestazzjoni tgħaddi minn Triq San Pawl għal Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika u Triq Santa Luċija. Fit‑tmiem, l‑istatwa tittella’ f’postha, fuq il‑palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl, fost l‑entużjażmu tal‑partitarji żgħażagħ Pawlini.
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Għaqdiet:Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali, u l‑MUSEUM. Iqaddes il‑Monsinjur Kanonku Dun Claude Portelli, Arċipriet tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.
8.00pm Lejla fil‑Kapitali ‑ serata ta’ mużika leġġera u kontemporanja mill‑Band SterjoTipi fi Triq San Pawl, imtellgħa mill‑Għaqda tal‑Pawlini
IL‑ĦADD, 2 TA’ FRAR
FESTA TAL‑PREŻENTAZZJONI TAL‑MULEJ
10.30pm Quddiesa Kapitulari tal‑Kandlora mill‑Arċipriet Kanonku Dun David Cilia. Waqt iċ‑ċelebrazzjoni,jitbierku x‑xemgħat.
12.00pm Quddiesa animata mis‑Società Filarmonica Nazionale La Valette. Iqaddes il‑Kanonku Patri Majjistru Charles Tabone O.P.
8.00pm Riċeviment mogħti mill‑President u l‑Kumitat tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette, fis‑sede tas‑Società
IT‑TNEJN, 3 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa mmexxija mill‑Patrijiet Franġiskani Minuri
IT‑TLIETA, 4 TA’ FRAR
JUM L‑UNITÀ TAL‑PARROĊĊI
6.00pm Quddiesa li għaliha huma mistiedna l‑Kappillani tal‑Porto Salvo, Santu Wistin (il‑Belt) u San Publju (il‑Furjana) flimkien mar‑Retturi tal‑Knejjes l‑oħra, u l‑membri tal‑Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun Charles Cini, Arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Publju, il‑Furjana.
L‑ERBGĦA, 5 TA’ FRAR
JUM L‑GĦAQDA TAL‑PAWLINI
6.00pm Quddiesa organizzata mill‑Għaqda tal‑Pawlini. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun Peter Ellul.
7.00pm Serata mużiko‑letterarja mtellgħa mill‑Akkademja Kulturali Pawlina
8.30pm Riċeviment mogħti mill‑Għaqda tal‑Pawlini fid‑Domus Pauli u preżentazzjoni tal‑Premju San Pawl għas‑sena 2024‑2025 mill‑Fergħa Żgħażagħ Pawlini
IL‑ĦAMIS, 6 TA’ FRAR
L‑EWWEL JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kanonku Dun Anton Galea Scannura, Arċipriet tal‑parroċċa taż‑Żejtun
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kanonku Dun Peter Ellul. Wara l‑Quddiesa, l‑ewwel prietka tat‑Tridu mill‑Monsinjur Joseph Sultana, Arċipriet tal‑Katidral ta’ Santa Marija, Għawdex. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
8.00pm Kunċert Ġenerali tradizzjonali mtella’ fis‑sede tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette
IL‑ĠIMGĦA, 7 TA’ FRAR
IT‑TIENI JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kanonku Dun Charles Vella
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kanonku Dun Vinċenz Borg, Arċipriet Emeritu tal‑Kolleġġjata. Wara l‑Quddiesa, it‑tieni prietka tat‑Tridu mill‑Monsinjur Joseph Sultana, Arċipriet tal‑Katidral ta’ Santa Marija, Għawdex. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑parroċċa tal‑Birgu. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
7.00pm Manifestazzjoni bl‑istatwa ta’ San Pawl Nawfragu, bil‑parteċipazzjoni tal‑Banda San Pawl ta’ Ħal Safi. Fl‑aħħar tal‑marċ, l‑istatwa tittella’ fuq il‑pedestall quddiem il‑Barrakka t’Isfel.
IS‑SIBT, 8 TA’ FRAR
IT‑TIELET JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kanonku Dun Stefan Galea
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kanonku Dun David Torpiano. Wara l‑Quddiesa, it‑tielet prietka tat‑Tridu mill‑Monsinjur Joseph Sultana, Arċipriet tal‑Katidral ta’ Santa Marija, Għawdex. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kanonku Dun David Cilia, Arċipriet tal‑Kolleġġjata. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
8.00pm Kunċert ta’ marċi popolari u mużika leġġera fi Triq San Pawl, bis‑sehem tas‑Soċjetà Mużikali San Lawrenz, tal‑Belt Vittoriosa
IL‑ĦADD, 9 TA’ FRAR
LEJLET IL‑FESTA
5.15pm Transulazzjoni, Għasar Solenni u Barka Sagramentali mmexxijin mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, bis‑sehem tal‑Kapitlu u tal‑Cappella mużikali
7.00pm Quddiesa Kantata ta’ lejlet il‑Festa, immexxija mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi
7.00pm Marċ tradizzjonali ta’ Lejlet il‑Festa organizzat mill‑Għaqda tal‑Pawlini, bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette u l‑Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara Is‑Soc. Fil. Naz. La Valette tibda minn Triq ir‑Repubblika għal Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il‑Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il‑Monument tal‑Qanpiena, filwaqt li l‑Banda Sant’Elena tibda minn Triq Melita għal Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il‑Monument tal‑Qanpiena. Fl‑aħħar tal‑marċ isir spettaklu pirotekniku tal‑art u tal‑ajru fil‑Port il‑Kbir, imtella’ mill‑Kummissjoni Nar tal‑Għaqda tal‑Pawlini.
IT‑TNEJN, 10 TA’ FRAR
JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal‑parroċċa tal‑Porto Salvo, il‑Belt Valletta
8.00am Quddiesa ċċelebrata mill‑Kanonku Dun Anton Cassar, Arċipriet tal‑Kolleġġjata tal‑Immakulata, Bormla u kkonċelebrata mill‑Arċiprieti tal‑parroċċi tal‑Port
9.15am Jasal l‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, u l‑Eċċellenza Tagħha Dr Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta
9.30am Quddiesa Pontifikali ppreseduta mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, flimkien mal‑Kapitlu. Jinseġ il‑paniġierku l‑istess Monsinjur Arċisqof.
12.00pm Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia.
12.00pm Il‑Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis‑Saluting Battery tal‑Belt Valletta fl‑okkażjoni tal‑10 ta’ Frar, Festa tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal‑Gżejjer Maltin
1.00pm Marċ tradizzjonali u popolari mis‑Società Filarmonica Nazionale La Valette li jgħaddi minn Triq San Pawl għal Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il‑Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl
4.00pm Quddiesa bl‑Ingliż għall‑viżitaturi mill‑Kanonku Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑parroċċa tal-Birgu
4.45pm Għasar Kantat
5.30pm Purċissjoni Sinodali bil‑vara ta’ San Pawl u r‑relikwija
tad‑Driegħ Mirakoluż. Imexxi l‑purċissjoni Dun Karl Andrew Schembri, saċerdot novell. Takkumpanja l‑purċissjoni, sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja, is‑Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar‑Rabat, li tilqa’ l‑ħruġ tal‑vara ta’ San Pawl mill‑knisja bl‑Innu lil San Pawl, ta’ Mro Cardenio Botti.
6.15pm Is‑Soċjetà Mużikali Beland taż‑Żejtun tesegwixxi marċ minn Triq ir‑Repubblika għal Pjazza San Ġwann u tkompli takkumpanja lill‑vara ta’ San Pawl minn Triq il‑Merkanti għal Triq Melita u Triq San Pawl, sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja
7.00pm Stqarrija tal‑Fidi f’Misraħ San Ġwann, immexxija mill‑Arċipriet, il‑Kanonku Dun David Cilia
9.30pm Dħul tal‑Purċissjoni. Antifona, Innu u Barka Sagramentali.
Matul il‑purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini.
IS‑SIBT, 15 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa ta’ ringrazzjament ’l Alla u lill‑Appostlu Missierna
San Pawl għas‑suċċess tal‑Festa. L‑Arċipriet u l‑Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il‑Festa kienet ta’ suċċess. Wara jsir
id‑dħul tal‑vara fin‑niċċa.
NOTI:
• F’każ ta’ maltemp, il‑Festa tiġi posposta għall-ġurnata tas‑Sibt 15 ta’ Frar 2025
• Fil‑25 ta’ Jannar, Jum il‑ftuħ tal‑Festa, l‑orkestra hija fuq stedina tal‑Għaqda tal‑Pawlini
• Il‑Kor Cappella Bel Canto, taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia
Frantz, se takkumpanja l‑funzjonijiet liturġiċi fil‑quddiesa tal‑ftuħ tal‑Festa u mill‑ewwel jum tat‑Tridu. Fil‑funzjonijiet prinċipali kollha, se tiġi esegwita l‑mużika ta’ Dr Paolo, Anton u Paul Nani.
• Minn wara l‑ftuħ tal‑Festa sal‑5 ta’ Frar, jieħu sehem il‑Kor Parrokkjali Saulus taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Andrè Paul Huber. Iż‑żgħażagħ Pawlini u TeenKlabb janimaw il‑quddies iddedikat lilhom.
Programm Pirotekniku mmtella’ mill-Kummissjoni Nar
IL-ĠIMGĦA, 7 TA’ FRAR
IT‑TIENI JUM TAT‑TRIDU
9.00pm Il‑Fergħa Żgħażagħ Pawlini, bil‑kollaborazzjoni tal‑Kummissjoni
Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini ssellem lill‑istatwa ta’ San Pawl
Nawfragu mal‑wasla tiegħu biswit il‑Monument tal‑Qanpiena
IL‑ĦADD, 9 TA’ FRAR
LEJLET IL‑FESTA
9.45pm Ħruq ta’ lampjuni, sfejjer, blalen, murtali tal‑beraq, beraq pront, murtali tal‑logħob u murtali tal‑kulur flimkien ma’ kaxxa infernali (Display Show)
10.45pm Nar tal‑art akkumpanjat minn spettaklu pirotekniku sinkronizzat
mal‑mużika fi Triq il‑Mediterran, taħt il‑Monument tal‑Qanpiena
IT‑TNEJN, 10 TA’ FRAR
JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
8.00am Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
12.00pm Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
5.30pm Il‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini ssellem lill‑vara artistika u maestuża tal‑Appostlu Missierna San Pawl b’salut u murtali tal‑beraq waqt il‑ħruġ tal‑purċissjoni. Mal‑wasla tal‑vara fi Triq il‑Merkanti, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola, segwita minn akkumpanjament ta’ murtali tal‑beraq,sfejjer u blalen, sakemm il‑purċissjoni tasal quddiem il‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir l‑Istqarrija tal‑Fidi.
NOTA:
In‑nar kollu tal‑Festa huwa maħdum mill‑Kamra tan‑Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija. Il‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini tirringrazzja lill‑benefatturi kollha li jgħinuha matul is‑sena kollha, kemm finanzjarjament kif ukoll fl‑attendenza waqt l‑attivitajiet.