Programm tal‑Festa Solenni 2026 tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fil‑Kolleġġjata Insinji, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal‑Belt Valletta
IL-ĠIMGĦA 23 TA’ JANNAR
7.00pm Lecture, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Paulus, mill-Profs. Timmy Gambin dwar il-ktieb tiegħu It-tfittxija għal Pawlu fil-pajsaġġ tal-kult u tal-arkeoloġija. Din se ssir fil-Knisja Kolleġġjata.
IS‑SIBT 24 TA’ JANNAR
FTUĦ TAL‑FESTA
9.30am Donazzjoni tad-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa, organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini.
6.00pm Quddiesa Kapitulari mill‑Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Isir talb biex jinkiseb frott spiritwali mill‑Festa. Fi tmiem il‑quddiesa, tkun esegwita l‑Antifona Sancte Paule ta’ Mro Dr Paolo Nani; tingħad il‑Kurunella u jsir il‑ħruġ tal‑vara min‑niċċa waqt li jitkantaw innijiet Pawlini. Ir‑reffiegħa tal‑vara ta’ San Pawl jingħataw il‑Mandat tar‑Reffiegħa għas‑sena 2026.
9.00pm Dinner Dance organizzat mill‑Għaqda tal‑Pawlini.
IL‑ĦADD 25 TA’ JANNAR
FESTA TAL‑KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL
JUM IL‑KARITÀ U L‑MORDA
10.30am Attività għall‑morda u l‑anzjani. Quddiesa li fiha jkun amministrat is‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Morda. Iqaddes il‑Kan. Dun Stefan Galea, Viċi Parroku tal‑Furjana, u jassisti l‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia.
12.00pm Quddiesa organizzata mill‑Konfraternità tal‑Karità, l‑Għaqda San Vinċenz de Paule u l‑Fondazzjoni Soup Kitchen O.F.M. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑Birgu.
6.00pm Quddiesa Kapitulari fl‑okkażjoni tal‑Festa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, immexxija mill‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia. Jipprietka Patri Alan Joseph Adami O.P., Pirjol tal‑Kunvent tar‑Rabat.
IT‑TNEJN 26 TA’ JANNAR
6.00pm Quddiesa organizzata mil‑Ladies Circle, immexxija minn Patri Victor Paul Farrugia, Ċerimonjier tal‑Kapitlu.
IT‑TLIETA 27 TA’ JANNAR
JUM IL‑KATEKEŻI
6.00pm Quddiesa għat‑tfal tad‑Duttrina u t‑TeenKlabb, immexxija mill‑Kan. Dun James Saydon, Direttur tal‑Vokazzjonijiet.
L‑ERBGĦA 28 TA’ JANNAR
JUM IL‑KELMA TA’ ALLA U L‑EWKARISTIJA
6.00pm Quddiesa ċċelebrata mill‑Kan. Dun Dillon Bugeja, Viċi Parroku tal‑parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Mistiedna l‑Letturi u l‑Ministri Straordinarji tat‑Tqarbin.
IL‑ĦAMIS 29 TA’ JANNAR
JUM IL‑KONFRATERNITAJIET
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Konfraternitajiet tal‑parroċċa, immexxija mill‑Kan. Dun David Torpiano, Kanċillier tal‑Kapitlu.
IL‑ĠIMGĦA 30 TA’ JANNAR
6.00pm Quddiesa f’ġieħ Sant’Angela Merici. Iqaddes l‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia.
7.00pm Kunċert imtella’ mis‑Società Filarmonica Nazionale La Valette f’għeluq il‑150 sena li l‑Banda bdiet tagħti sehemha fil‑Festa ta’ San Pawl.
IS‑SIBT 31 TA’ JANNAR
JUM L‑GĦAQDIET
6.00pm Quddiesa għall‑membri tal‑Għaqdiet: Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali u l-Museum. Iqaddes il‑Kan. Dun Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija.
8.00pm Versatile in the City, in Aid of Puttinu Cares: Serata ta’ mużika varjata u kontemporanja minn Versatile Brass Band u diversi kantanti stabbiliti, fi Triq San Pawl.
IL‑ĦADD 1 TA’ FRAR
JUM IS‑SOCIETÀ FILARMONICA NAZIONALE LA VALETTE
12.00pm Quddiesa animata mis‑Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette. Iqaddes il‑Kan. Monsinjur Mario Tong, Arċipriet Emeritu tal‑Kolleġġjata.
8.00pm Riċeviment mogħti mill‑President u l‑Kumitat tas‑Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette fis‑sede tas‑Società.
IT‑TNEJN 2 TA’ FRAR
FESTA TAL‑PREŻENTAZZJONI TAL‑MULEJ
6.00pm Quddiesa Kapitulari tal‑Kandlora mill‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia. Waqt iċ‑ċelebrazzjoni, jitbierku x‑xemgħat.
IT‑TLIETA 3 TA’ FRAR
JUM L‑UNITÀ TAL‑PARROĊĊI
6.00pm Quddiesa. Mistiedna l‑Kappillani ta’ Portu Salvu, Santu Wistin u San Publju flimkien mar‑Retturi tal‑knejjes l‑oħra u l‑membri tal‑Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jiċċelebra Patri Alex Scerri O. Carm., Pirjol tal‑Bażilka Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu.
L‑ERBGĦA 4 TA’ FRAR
JUM IR‑RELIĠJUŻI
6.00pm Quddiesa animata mill‑Patrijiet Franġiskani.
IL‑ĦAMIS 5 TA’ FRAR
JUM L‑GĦAQDA TAL‑PAWLINI
6.00pm Quddiesa organizzata mill‑Għaqda tal‑Pawlini. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Peter Ellul.
7.00pm Serata mużikoletterarja mtellgħa mill‑Akkademja Kulturali tal‑Għaqda tal‑Pawlini.
8.30pm Riċeviment mogħti mill‑Għaqda tal‑Pawlini fid‑Domus Pauli u preżentazzjoni tal‑Premju San Pawl għas‑sena 2025‑2026 mill‑Fergħa Żgħażagħ Pawlini.
IL‑ĠIMGĦA 6 TA’ FRAR
L‑EWWEL JUM TAT‑TRIDU
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Charles Tabone O.P.
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Dun Peter Ellul. Wara l‑Quddiesa ssir l‑ewwel prietka tat‑Tridu minn Dun Sinclair Bugeja, Biblista. Isegwu l‑kant tal‑Innu, l‑Antifona u l‑Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Charles Cini, Arċipriet tal‑parroċċa tal‑Furjana. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
8.00pm Kunċert Ġenerali tradizzjonali mtella’ fis-sede tas-Societa Filarmonica Nazionale La Valette.
IS‑SIBT 7 TA’ FRAR
IT‑TIENI JUM TAT‑TRIDU
10.00am Quddiesa għat‑tfal iċċelebrata mill‑Kan. Monsinjur Claude Portelli, Arċipriet tal‑Imdina. Fi tmiem il‑quddiesa ssir il‑preżentazzjoni tat‑trabi. Wara ssir manifestazzjoni bl‑istatwa ż‑żgħira ta’ San Pawl, bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il‑manifestazzjoni tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika u Triq Santa Luċija. Fit‑tmiem, l‑istatwa tittella’ f’postha fuq il‑palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl, fost l‑entużjażmu tal‑partitarji żgħażagħ u l-Pawlini Juniors.
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑parroċċa tal‑Birgu.
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Dun Vinċenz Borg, Arċipriet Emeritu tal‑Kolleġġjata. Wara l‑Quddiesa ssir it‑tieni prietka tat‑Tridu minn Dun Sinclair Bugeja, Biblista. Isegwu l‑kant tal‑Innu, l‑Antifona u l‑Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun Charles Vella, saċerdot fil‑parroċċa. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
7.30pm Marċ organizzat mill‐Għaqda tal‐Pawlini bis‑sehem tas‑Società Filarmonica Nazionale La Valette u tas‐Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal‐Birgu. Il‑marċ jibda minn Triq ir‑Repubblika, għal Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq San Ġwann u Triq San Pawl, sa quddiem il‑Kolleġġjata.
Il‑ĦADD 8 TA’ FRAR
IT‑TIELET JUM TAT‑TRIDU
10.30am Quddiesa bil‑Magħmudijiet
2.30pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl fil‑Konverzjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi u l-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara. Il-marċ jibda minn fejn il-Knisja u jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq Melita, Triq Merkanti, lejn Pjazza La Valette, Triq Nofsinhar, għal Triq ir-Republika sa Misraħ l-Assedju l-Kbir fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall quddiem il‑monument tal‑Assedju l‑Kbir.
5.30pm Għasar Solenni mmexxi mill‑Kan. Dun David Farrugia, Arċipriet ta’ Ħad‑Dingli.
6.00pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il‑Kan. Dun David Torpiano, Kanċillier tal‑Kapitlu. Wara l‑Quddiesa ssir it‑tielet prietka tat‑Tridu minn Dun Sinclair Bugeja, Biblista. Isegwu l‑kant tal‑Innu, l‑Antifona u l‑Barka Sagramentali. Jiċċelebra l‑Kan. Dun David Cilia, Arċipriet tal‑Kolleġġjata. Wara jsir il‑bews tar‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż.
IT‑TNJEN 9 TA’ FRAR
LEJLET IL‑FESTA
5.15pm Translazzjoni, l‑Ewwel Għasar Solenni u Barka Sagramentali mmexxijin mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, bis‑sehem tal‑Kapitlu u tal‑Cappella Bel Canto.
7.00pm Quddiesa Kantata ta’ Lejlet il‑Festa, immexxija mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.
7.00pm Marċ tradizzjonali ta’ Lejlet il‐Festa organizzat mill‐Għaqda tal‐Pawlini, bis‐sehem tas‐Società Filarmonica Nazionale La Valette flimkien mal‑Banda tal‑Għaqda Mużikali Leone, tal‑Belt Victoria, Għawdex. Il‑marċ jibda minn Triq ir‑Repubblika, għal Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il‑Monument tal‑Qanpiena. Fl‑aħħar tal‑marċ isir spettaklu pirotekniku tal‑art u tal‑ajru fil‑Port il‑Kbir, imtella’ mill‑Kummissjoni Nar tal‑Għaqda tal‑Pawlini.
IT‑TLIETA 10 TA’ FRAR
JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal‑parroċċa tal‑Porto Salvo, il‑Belt Valletta.
8.00am Quddiesa ċċelebrata mill‑Kan. Dun Robin Camilleri, Arċipriet tal‑Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l‑Isla, u kkonċelebrata mill‑Arċiprieti tal‑parroċċi tal‑Port.
9.15am Jasal l‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, u l‑Eċċellenza Tagħha Dr Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta.
9.30am Quddiesa Pontifikali ppreseduta mill‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, flimkien mal‑Kapitlu. Jinseġ il‑paniġierku l‑istess Monsinjur Arċisqof.
12.00pm Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia.
12.00pm Il‑Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis‑Saluting Battery tal‑Belt Valletta fl‑okkażjoni tal‑10 ta’ Frar, Festa tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal‑Gżejjer Maltin.
1.00pm Marċ tradizzjonali u popolari mis‑Società Filarmonica Nazionale La Valette li jgħaddi minn Triq San Pawl għal Triq l‑Arċisqof, Triq il‑Merkanti, Triq it‑Teatru l‑Antik, Triq ir‑Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il‑Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl.
4.00pm Quddiesa bl‑Ingliż għall‑viżitaturi mill‑Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal‑parroċċa tal‑Birgu.
4.45pm Għasar Kantat presedut mill‑Kan. Dun Stefan Galea, Viċi Parroku tal‑Furjana.
5.30pm Purċissjoni Sinodali bil‑vara ta’ San Pawl u r‑relikwija tad‑Driegħ Mirakoluż. Imexxi l‑purċissjoni l‑Kan. Dun Anton Galea Scannura, Arċipriet tal‑parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun. Takkumpanja l‑purċissjoni sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja, is‑Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar‑Rabat, li tilqa’ l‑ħruġ tal‑vara ta’ San Pawl mill‑knisja bl‑Innu lil San Pawl, ta’ Mro Cardenio Botti.
6.15pm Is‑Soċjetà Mużikali Beland taż‑Żejtun tesegwixxi marċ minn Triq ir‑Repubblika għal Pjazza San Ġwann u tkompli takkumpanja lill‑vara ta’ San Pawl minn Triq il‑Merkanti għal Triq Melita u Triq San Pawl, sad‑dħul tal‑vara fil‑knisja.
7.00pm Stqarrija tal‑Fidi f’Misraħ San Ġwann, immexxija mill‑Arċipriet, il‑Kan. Dun David Cilia.
9.30pm Dħul tal‑Purċissjoni. Antifona, Innu u Barka Sagramentali.
Matul il‑purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini.
IS‑SIBT 14 TA’ FRAR
6.00pm Quddiesa ta’ ringrazzjament ’l Alla u lill‑Appostlu Missierna San Pawl għas‑suċċess tal‑Festa. L‑Arċipriet u l‑Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il‑Festa kienet ta’ suċċess. Wara jsir id‑dħul tal‑vara fin‑niċċa.
NOTI:
- Fl‑24 ta’ Jannar, Jum il‑ftuħ tal‑Festa, l‑orkestra hija fuq stedina tal‑Għaqda tal‑Pawlini.
- Il‑Kor Cappella Bel Canto, taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, se takkumpanja l‑funzjonijiet liturġiċi fil‑quddiesa tal‑ftuħ tal‑Festa u mill‑ewwel jum tat‑Tridu. Fil‑funzjonijiet prinċipali kollha, se tiġi esegwita l‑mużika ta’ Dr Paolo, Anton u Paul Nani.
- Minn wara l‑ftuħ tal‑Festa sal‑5 ta’ Frar, jieħu sehem il‑Kor Parrokkjali Saulus taħt id‑direzzjoni ta’ Mro Andrè Paul Huber. Iż‑żgħażagħ Pawlini u TeenKlabb janimaw il‑quddies iddedikat lilhom.
Programm Pirotekniku
IT‑TNEJN 9 TA’ FRAR
LEJLET IL‑FESTA
9.45pm Ħruq ta’ lampjuni, sfejjer, blalen, murtaletti, beraq pront, murtali tal‑logħob u murtali tal‑kulur flimkien ma’ kaxxa infernali (Display Show).
10.30pm Nar tal‑art akkumpanjat minn spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal‑mużika fi Triq il‑Mediterran, taħt il‑Monument tal‑Qanpiena.
IT‑TLIETA 10 TA’ FRAR
JUM IL‑FESTA TAN‑NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
8.00am Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
12.00pm Ħruq ta’ murtali tal‑bomba u murtaletti
5.30pm Il‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini ssellem lill‑vara artistika u maestuża tal‑Appostlu Missierna San Pawl b’salut u murtaletti waqt il‑ħruġ tal‑purċissjoni. Mal‑wasla tal‑vara fi Triq il‑Merkanti, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola, segwita minn akkumpanjament ta’ murtali tal‑beraq, sfejjer u blalen, sakemm il‑purċissjoni tasal quddiem il‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir l‑Istqarrija tal‑Fidi.
In‑nar kollu tal‑Festa huwa maħdum mill‑Kamra tan‑Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija. Il‑Kummissjoni Nar fi ħdan l‑Għaqda tal‑Pawlini tirringrazzja lill‑benefatturi kollha li jgħinuha matul is‑sena kollha, kemm finanzjarjament kif ukoll fl‑attendenza waqt l‑attivitajiet.