100 sena għas-Sinjura Tabone

Nhar l-20 ta’ Mejju 2008 is-Sinjura Paola Tabone, membru fl-Għaqda tal-Pawlini, għalqet l-età sabiħa ta’ mitt sena.  Għal din l-okazzjoni, l-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini flimkien ma’ membri oħra fl-Għaqda marru jżuru u jitkellmu ma’ Paola fejn ġie ppreżentat bukkett fjuri.  Min hawn nixtiequ nifirħu u nawguraw lil din oħtna Ad Multos Annos.

 

Esibizzjoni ta’ Arti Sagra

DSCF0551-300x225Għat-tieni sena konsekuttiva reġgħet itellgħet esebizzjoni mill Fergħa Żgħażagħ Pawlini għal jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-uffiċju tal-Għaqda 195 Triq Sant Ursola, Valletta.  Xenarju ta’ daqs rejali u affarijiet oħra ta’ valur u arti.

FZP-Wirja-2006

Poster

Meta Ġie Jżurna Paul

PosterHija storja li ispirat hafna kittieba, artisti u professjonisti f’hafna oqsma tas-socjeta’ Maltija u rajna hafna opri artistici, drammi ecc… ispirati minn din il-grajja hekk kbira.  Ftit taz-zmien ilu giet iffurmata l-‘Ghaqda Zghazagh Pawlini Maltin’ li hija ffurmata minn ‘Fergha Zghazagh Pawlini Valletta’, ‘Kummissjoni Zghazagh Rabtin Pawlini’ u ‘Sezzjoni Zghazagh Pawlini Hal Safi’. Bhala parti mic- celebrazzjonijiet ta l-inawgurazzjoni ta din l-Ghaqda ittelghet rapprezentazzjoni kulturali bl-isem META GIE JZURNA PAUL, li huwa r-rakkont tan-nawfragju ta San Pawl f’Malta bid-differenza li l-istorja ssehh fiz-zminijiet tal-llum. F’dan ir-rakkont li hareg mill-pinna tas-Sur Hector Bruno naraw il-hajja ta Melita, armla b’zewgt it-tfal zghar u huha John li jghixu fl-inhawi ta San Pawl il-bahar. X’jigri minn din il-familja wara maltempata qalila li ssehh meta t-tfal ikunu qeghdin jiddevertu hdejn il-bahar?

Id-direzzjoni ta din ir-rapprezentazzjoni kienet f’idejn Carlos Farrugia li ghandu wkoll il-parti ta Paul. Direttut u attur zaghzugh li bit-talent u l-immaginazzjoni tieghu se naraw grajja li sehhet madwar elfejn sena ilu terga tiehu l-hajja f’pajjizna fis-sena 2005.

Il-muzika li akkumpanjat din il-produzzjoni kienet ‘live’ minn Vince Fabri, li m’ghandu bzonn ebda introduzzjoni fejn tidhol muzika fuq il-palk, il-vjolinist zaghzugh Valhmor Montfort, kif ukoll il-kantanta promettenti, li rajnieha fil-‘Malta song for Europe’ ta din is-sena Louisanne Tate. Tajjeb nghidu li ghal din ir-rapprezentazzjoni nkitbu tmien kanzunetti originali minn Vince Fabri stess.

L-atturi li hadu sehem f’din il-produzzjoni huma Carlos Farrugia – Paul, Romina Darmanin fil-parti ta’ Melita, Douglas Mifsud – John, Andrew Borg Carbot  – Stephen, Elenia Montfort  – Anna, Clint Mifsud u Oliver Borg.

Din il-produzzjoni hija innovvattiva hafna, fejn f’teatru Gotiku antik u intimu; bid-drama, il-muzika u l-kanzunetta er[ajna ghixna il-grajja tal-migja fostna ta L-appostlu Tal-Gnus – Missierna San Pawl.

Produzzjoni ta Spettaklu, messagg u riflessjoni fuq dak li ghaddiet minnu Malta elfejn sena ilu u ghadna nghixuh sal-llum.

Din ir-rapprezentazzjoni ittellet fit-teatru ta l-Antonjani, triq Sant’Ursola l-Belt ( fejn tohrog il-purcissjoni tal-gimgha l-kbira). Id-dati kienu is-Sibt u l-Hadd 14 u 15 ta Mejju fis-7.30 ta’ fil-ghaxija.

Meta Ġie Jżurna Paul – Maħud mis-sit “Malta Right Now” miktub min Karl Stagno Navarra