Workshop għat-tfal dwar is-snajja’ marbuta mal-festi
L-Għaqda tal-Pawlini qed torganizza serje ta’ seminars immirati lejn żgħażagħ ta’ etajiet varji, dwar il-ħidma u s-snajja li huma meħtieġa biex tittella’ festa Maltija. Huma snajja li jiffurmaw il-mużajk li hija l-festa f’komunità b’saħħitha u li tħares ‘l quddiem.
Is-seminars ser ikunu mqassma kif ġej:
Induratura – Neville Farrugia
Skultura – Eddie Hili
Konservazzjoni u Restawr – Robert Cassar
Storja – Martin Gravina (is-seminar isir fil-Knisja)
Health and Safety – Paul Grima
Ħjata – Mario Cassar
Light Design – Mario Bonello
Career Guidance – Christiana Farrugia
Spiritwalità – Fr Victor Paul Farrugia
Apparti dawn is-suġġetti ninsabu f’negozjati sabiex ninkludi sessjonijiet dwar l-isfumar, id-disinn, l-irħamar u l-fotografija.
Dawn is-sessjonijiet ser jinżammu fil-parti l-kbira ġewwa d-Dar tal-Għaqda fi 8, Triq l-Arċisqof, u jinkludu teorija kif ukoll prattika.
Din l-ewwel serje ta’ sessjonijet nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu. Inħeġġukom tħajjru lit-tfal, subien u bniet, sabiex jattendu u jgawdu minn din l-esperjenza ġdida u unika. Ibbukkjaw fuq 79204432.
L-inizzjattiva qed tittella’ grazzi għall-Fondazzjoni Save a Life