Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Marzu ser tinżamm is-Seduta Ġenerali skont kif jitlob l-Istatut tal-Għaqda tal-Pawlini. Is-seduta tibda fid-9:45 a.m. ġewwa d-Domus Pauli, Triq San Pawl, fil-Belt Valletta. Din hija l-aġenda:
- Talba
- Qari tal-Minuti
- Ħwejjeġ li jirriżultaw mill-minuti
- Korrispondenza
- Rapport Amministrattiv mis-Segretarju
- Rapport Finanzjarju mill-Kaxxier sa Frar 2016
- Preżentazzjoni tal-inventarju aġġornat tal-Għaqda tal-Pawlini
- Affarijiet oħra
- Elezzjonijiet għall-ħatra ta’ President u Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini u President u Kumitat tal-Fergħa Żgħażagħ Pawlini
Kull membru huwa mħeġġeġ li jattendi għal din il-laqgħa mportanti u jieħu sehem fid-diskussjoni.
Il-Kummissjoni Elettorali ser tkun komposta mis-sinjuri Joseph Bartono bħala chairman u s-sinjuri Joseph Huber, James Mulholland u Marcel Zammit Marmarà bħala membri. Dawk il-membri nteressati li jitfgħu n-nomina tagħhom għall-Kumitat 2016/17 għandhom jiddepożitaw in-nominazzjoni tagħhom flimkien ma’ ritratt, personalment fis-sagristija tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, Triq Santa Luċija, Valletta. L-applikazzjoni tagħlaq nhar il-Ħamis 3 ta’ Marzu 2016 fis-7:00 p.m. Wara dan il-ħin, l-ebda applikazzjoni ma tkun ikkunsidrata. Il-votazzjoni tibda eżatt wara li tintemm il-laqgħa u tibqa’ sejra san-12:30 p.m.
Daw il-membri li għadhom ma ħallsux il-menswalità jistgħu jgħamlu dan billi javviċinaw lis-Sur Charles Grima jew billi jibgħatu cheque pagabbli lill-Għaqda tal-Pawlini fl-indirizz:- Segretarju, Għaqda tal-Pawlini – 195, Triq Sant’ Ursola, Valletta VLT1237. Il-menswalità tista’ titħallas ukoll tul il-Laqgħa Ġenerali, qabel jittieħed il-vot.