Programm tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

IS-SIBT, 22 TA’ JANNAR
KONĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ TAL-FESTA

9.30 a.m Donazzjoni tad-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm,Gwardamanġa, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Save a Life.

5.30 p.m. Rużarju

6.00 p.m. Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Fi tmiem il-quddiesa tkun esegwita l-antifona Sancte Paule ta’ Mro. Dr Paolo Nani, tingħad il-kurunella u jitkantaw innijiet Pawlini. Ir-reffiegħa tal-vara ta’ San Pawl, jingħataw il-mandat tar-reffiegħa għas-sena 2022.

Il-ĦADD, 23 TA’ JANNAR

12.00 p.m. Quddiesa animata miż-żgħażagħ Pawlini. Iqaddes il-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu.

6.00 p.m. Quddiesa għas-suċċess tal-Festa u biex jinkiseb il-frott spiritwali

IT-TNEJN, 24 TA’ JANNAR

6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani

IT-TLIETA, 25 TA’ JANNAR
FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL

6.00 p.m. Quddiesa Kapitulari mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Jipprietka l-Kan. Dun Antoine Borg.

L-ERBGĦA, 26 TA’ JANNAR

6.00 p.m. Quddiesa f’ġieħ Sant’Anġela Merici animata mill-Membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes il-Kan. Pen. Dun Vinċenz Borg, ex-Arċipriet.

IL-ĦAMIS, 27 TA’ JANNAR

6.00 p.m. Quddiesa organizzata mit-Teen Klabb. Jiċċelebra s-saċerdot novel Dun Osmar Baldacchino.

IL-ĠIMGĦA, 28 TA’ JANNAR

6.00 p.m. Jum il-Kelma ta’ Alla u l-Ewkaristija. Mistiedna l-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Iqaddes il-Kan. Dun David Farrugia, Kappillan ta’ Ħal Safi.

IS-SIBT, 29 TA’ JANNAR
FESTA GĦAT-TFAL

10.00 a.m. Quddiesa għat-tfal iċċelebrata mill-Kan. Dun Andrew Schembri, Kappillan ta’ Ħal Għaxaq. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl fil-knisja, kif ukoll ilpreżentazzjoni tat-tfal u t-trabi lil San Pawl.

6.00 p.m. Quddiesa għall-membri tal-Għaqdiet: Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali, u Museum. Iqaddes il-Kan. Patri Charles Tabone OP.

8.00 p.m. Dinner dance tal-festa, organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Save a Life

IL-ĦADD, 30 TA’ JANNAR
JUM IL-KARITA

10.30 a.m. Quddiesa organizzata mill-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità u l-Għaqda San Vinċenz De Paul. Jiċċelebra l-Kan. Dun Stefan Galea.

IT-TNEJN, 31 TA’ JANNAR

6.00 p.m. Quddiesa għat-tfal tad-duttrina, immexxija mill-Arċipriet Kan. Dun David Cilia.

IT-TLIETA, 1 TA’ FRAR

6.00 p.m. Quddiesa organizzata mil-Ladies Circle, immexxija minn Patri Victor Paul Farrugia O.Carm., Ċerimonjier tal-Kapitlu

L-ERBGĦA, 2 TA’ FRAR
FESTA SOLENNI TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ

6.00 p.m. Quddiesa Kapitulari tal-Preżentazzjoni tal-Mulej mmexxija minn Kan. Dun Charles Cini, Arċipriet tal-Furjana.

Il-ĦAMIS, 3 TA’ FRAR
JUM IL-KONFRATERNITAJIET

6.00 p.m. Quddiesa għall-membri tal-Konfraternitajiet tal-Parroċċa, immexxija mir-Rev. Dun Peter Ellul, saċerdot residenti fil-Parroċċa.

IL-ĠIMGĦA, 4 TA’ FRAR
JUM L-UNITA TAL-PARROĊĊI

6.00 p.m. Quddiesa. Mistiedna l-Kappillani ta’ Portu Salvu, Santu Wistin u San Publju flimkien mar-Retturi tal-Knejjes l-oħra u l-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jiċċelebra l-Kappillan Patri Michael Camilleri OP.

IS-SIBT, 5 TA’ FRAR
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI

6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini. Jiċċelebra l-Kan. Dun Charles Vella, saċerdot residenti fil-Parroċċa. Wara l-Quddiess ssir preżentazzjoni tal-Premju San Pawl għas-sena 2021-2022.

7.30 p.m. Serata mużiko-letterarja mtella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini, fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl bit-tema “Ġrajja”. Is-Serata jkollha l-parteċipazzjoni tal-kor taħt it-tmexxija tal-Maestro Hermann Farrugia Frantz, intervent informattiv dwar ir-restawr tal-affreski tal-Kolleġġjata ta’ Attilio Palombi minn Kan. Dun Charles Vella, restawratur, kif ukoll mument letterarju minn André Carbonaro b’akkumpanjament mill-pittur kontemporanju Darren Tanti.

IL-ĦADD, 6 TA’ FRAR
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

9.30 a.m. Quddiesa tal-Komunità Taljanabil-preżentazzjoni tat-trabi

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Antoine Borg

6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes Mons. Alfred Camilleri, ex-Arċipriet. Wara l-Quddiesa, l-ewwel prietka tat-Tridu mill-Kan. Dillon Bugeja. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun Anton Galea Scannura, Kappillan ta’ Birżebbuġa.

IT-TNEJN, 7 TA’ FRAR
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Stefan Galea.

6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kantur Dun Ġwann Borg, megħjun mir-Rev. Dun Peter Ellul. Wara l-quddiesa, it-tieni prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Dillon Bugeja. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu.

IT-TLIETA, 8 TA’ FRAR
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU

5.30 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Kan.Dun Anton Galea Scannura

6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddesil-Kan. Kanċillier Dun David Torpiano.Wara l-quddiesa, it-tielet prietka tat-Tridu mill-Kan. Dun Dillon Bugeja. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun David Cilia, Arċipriet.

8.00 p.m. Serata mtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini fi Triq San Pawl, bis-sehem tal-Brass Band tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

L-ERBGĦA, 9 TA’ FRAR
LEJLET IL-FESTA

5.15 p.m. Transulazzjoni, Għasar Solenni u Barka Sagramentali mmexxijin mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof, Charles J. Scicluna

7.00 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejlet il-Festa mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Vigarju Joe Galea Curmi

7.30 p.m. Marċi Pawlini mtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini, bis-sehem tal-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette fi Triq il-Mediterran. Wara l-attività jsir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini, bis-sehem tal-Kamra tan-Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija.

IL-ĦAMIS, 10 TA’ FRAR
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL

7.00 a.m. Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri OP, Kappillantal-Parroċċa ta’ Portu Salvu.

Minħabba l-organizzazzjoni għall-Pontifikal, li d-dħul tiegħu se jkun bil-biljetti, il-quddiesa tat-8.00 a.m. mhux se ssir.

9.15 a.m. Jasal l-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u l-Eċċ. Tiegħu Dr George Vella, President ta’ Malta.

9.30 a.m. Quddiesa Pontfikali ppreseduta mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta flimkien mal-Kapitlu. Jinseġ il-Paniġierku l-istess Monsinjur Arċisqof.

11.45 a.m. Quddiesa letta minn Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.

12.00 p.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-10 ta’ Frar – Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin.

4.00 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi mill-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu

4.45 p.m. Għasar Kantat.

5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. Imexxi l-Kan. Mons. Mario Tong, ex-Arċipriet. Is-Società Filarmonica Nazionale La Valette tilqa’ l-vara ta’ San Pawl bl-innu Marcia San Paolo ta’ Cardenio Botti, u takkumpanja l-purċissjoni tul it-triq kollha.

7.00 p.m. Stqarrija tal-Fidi fi Pjazza San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, il-Kan. Dun David Cilia

9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni. Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

IL-ĦADD, 13 TA’ FRAR

10.00 a.m. Quddiesa ta’ Ringrazzjament ’l Alla u lill-Appostlu Missierna San Pawl għas-suċċess tal-Festa. L-Arċipriet u l-Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il-Festa kienet ta’ suċċess.

NOTI:

F’każ li l-purċissjoni tkun imħassra minħabbal-pandemija, nhar l-10 ta’ Frar fis-6.00 p.m.jkun hemm quddiesa ċċelebrata mill-ArċiprietKan. Dun David Cilia. Fl-aħħar tal-quddiesajkun hemm ir-repożizzjoni tar-relikwija.

F’każ li l-purċissjoni tkun imħassra minħabba l-maltemp, tkun posposta għall-ġurnata tas-Sibt 12 ta’ Frar 2022.

Matul il-ġranet tal-festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Saulus taħt id-direzzjoni tal-Maestro Andrè Paul Huber.

Fit-22 ta’ Jannar jum il-ftuħ tal-festa, l-orkestrahija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.

Filwaqt li ser jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha skont ir-regoli tas-saħħa, kull min jattendi għandu josserva regoli tal-awtoritajiet tassaħħa minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Dan il-programm jista’ jinbidel skont id-direttivi li joħorġu l-awtoritajiet ekkleżjastiċi u tas-saħħa minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

MUŻIKA:

Il-Cappella Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz ser takkumpanja il-funzjonijiet liturġiċi fil-quddiesa tal-ftuħ tal-festa u mill-ewwel tat-Tridu ’l quddiem. Fil-funzjonijiet prinċipali kollha ser tiġi esegwita l-mużika ta’ Dr Paolo, Anton u Paul Nani. Il-Cappella Bel Canto għall-quddiesa tal-ftuħ tal-festa hija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.

Minn wara l-ftuħ tal-festa sal-ewwel tat-Tridu l-Kor Parrokkjali Saulus taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrè Paul Huber, iż-Żgħażagħ Pawlini, u Teen Club janimaw il-quddies tal-ġranet l-oħra.