Kull Qatra Tgħodd

GĦOTI TAD-DEMM
Kunu magħna!
Ejja niċċelebraw festa ta’ mħabba lejn min l-aktar li għandu bżonn! 🙂

Attivita mtella flimkien mal-Fondazzjoni ‘Save a Life’.

Irreġistra: 79447674

Grilljata Pawlina

Wara waqfa ta’ sena u nofs, l-Għaqda tal-Pawlini se tkun qed terġa torganizza attivita soċjali u ta’ Fund Raising b’risq il-Festa ta’ San Pawl.

In-nuqqas tagħkom il-membri inħass ħafna, għalhekk qed inħeġġu lill-Pawlini bex jattendu b’etużjażmu sabiex nerġgħu ngħixu iljieli memorabble flimkien.

Biex tibbukkjaw il-post tagħkom tistgħu ċċemplu fuq: +356 7944 7674 jew billi tavviċinaw lill-membri tal-Kumitat.

Din l-attivita se tkun qed tittella bil-miżuri kollha meħtieġa skont id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa

Narawkom!

Viva San Pawl Patrun tal-Arċipelagu Malti.

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta 2020

Il-Festa ta’ San Pawl se tkun iċċelebrata nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar 2020 bi programm mimli b’diversi attivitajiet li jibdew is-Sibt 25 ta’ Jannar 2020 bil-ħruġ tal-vara min-niċċa u jintemmu l-Ħadd 16 ta’ Frar 2020 bid-dħul tal-vara lura fin-niċċa.

Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini, flimkien mal-membri f’fergħat u kummissjonijiet u l-membri attivi, qegħdin jaħdmu għal xhur sħaħ sabiex din l-okkażjoni tkun ta’ ġieħ għall-Pawlini, għall-Beltin u anki għall-Malta – hekk kif dejjem għamlu missirijietna.

Bir-responsabbiltà li ġġib magħha festa nazzjonali, il-Pawlini dejjem iqumu għall-okkażjoni sabiex tkun imfakkra din il-ġrajja tant għażiża ta’ meta l-akbar appostlu ta’ Kristu, sab ruħu, b’intervent qaddis, fuq ix-xtajtiet tagħna. L-istess xtajtiet fejn tant Maltin iqattgħu l-ħin liberu tagħhom.

Huwa għalhekk li din il-Festa ser tkun okkażjoni oħra fejn il-Maltin jinġabru bi ħġarhom sabiex jiċċelebraw u jingħaqdu quddiem din il-memorja għażiża għalina.

L-Għaqda tal-Pawlini għal darb’oħra qed tħejji programm ta’ attivitajiet li ser jittellgħu fil-ġranet tal-Festa. Sadattant, l-Għaqda timpenja ruħha sabiex torganiżża attivitajiet ta’ fund raising b’risq l-istess festa. Nħeġġukom tattendu bi ħġarkom kull meta ikun possibbli.

FIFA19 – Playstation 4 Tournament

One-day Fifa 19 PS4 Tournament! 🎮🎮🎮
Mil-Fergħa ż-Żgħażagħ Pawlini ġewwa d-Dar tal-Għaqda tal-Pawlini fi Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta.

Ser jintlaqgħu sa massimu ta’ 32 applikant mill-eta ta’ 13-il sena ‘l fuq li jinqassmu fi 8 gruppi t’4. Javvanzaw l-ewwel 2 klassifikati minn kull grupp għall-fażi eliminatorja li twassal sal-finali.

Premijijiet:
l-Ewwel Post: €150 voucher minn Matrix
it-Tieni Post: €60
it-Tielet Post: €30

Kull applikant ikollu bżonn iġib miegħu u jilgħab bil-controller tiegħu personali tul il-ġurnata.

Bookings miftuħin fuq 99053650 jew billi tħallu messaġġ fuq il-Paġna ta’ Facebook tal-Fergħa Żgħażagħ sat-22 t’Ottubru għall-prezz t’€20.

Narawkom! 😃

Ejja Kul Ravjul tal-Fjur – Notte Bianca

Ir-ravjul tal-fjur kienet ikla ravjul li tinbiegħ minn ħanut imlaqqam bl-istess isem, ġewwa l-Arċipierku fil-Belt Valletta, lura sas-snin sebgħin. Ir-ravjul kien għal żmien twil, ikla popolari ma’ kull min kien jiġi sal-Belt kapitali.
L-Għaqda tal-Pawlini derilha li jkun xieraq terġa’ tqajjem din it-tradizzjoni waqt Notte Bianca.
Kunu magħna għal ikla ravjul bnin bil-parteċipazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas Band.

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta 2018

Il-Festa ta’ San Pawl din is-sena se ssir fis-27 ta’ Jannar minħabba ċ-ċaqlieq previst minħabba li l-Għid il-Kbir ser jasal aktar kmieni mis-soltu.

Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini, flimkien mal-membri f’fergħat u kummissjonijiet u l-membri attivi, ħadmu għal xhur sħaħ sabiex din l-okkażjoni tkun ta’ ġieh għall-Pawlini, għall-Beltin u anki għall-Malta – hekk kif dejjem għamlu missirijietna. Il-Komunità Pawlina tifraħ bi kburija li l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl hija l-ewwel Festa titulari li qed tilqa’ lil Malta u ‘l Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 flimkien mal-belt ta’ Leeuwarden fl-Olanda.

Bir-responsabbiltà li ġġib magħha festa nazzjonali, il-Pawlini dejjem iqumu għall-okkażjoni sabiex tkun imfakkra din il-ġrajja tant għażiża ta’ meta l-akbar appostlu ta’ Kristu, sab ruħu, b’intervent qaddis, fuq ix-xtajtiet tagħna. L-istess xtajtiet fejn tant Maltin iqattgħu l-ħin liberu tagħhom.

Huwa għalhekk li din il-Festa ser tkun okkażjoni oħra fejn il-Maltin jinġabru bi ħġarhom sabiex jiċċelebraw u jingħaqdu quddiem din il-memorja għażiża għalina. L-Għaqda tal-Pawlini għal darb’oħra ippubblikat programm ta’ attivitajiet li tistgħu ssibu fuq din l-istess sit elettroniku.

Inħeġġukom sabiex tkunu magħna u tgawdu din il-festa tagħna u tagħkom!

Il-Martirju – Serata Mużiko-Letterarja

Din l-attività, li se ssir fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta se tikkonsisti fi programm mużikali mill-Valletta Ensemble taħt it-tmexxija ta’ Mro Valhmor Montfort. Se jkun hemm qari ta’ letteratura oriġinali permezz ta’ kollaborazzjoni tal-Għaqda tal-Malti kif ukoll preżentazzjoni artistika minn Sandro Debono, il-Kuratur Prinċipali tal-Mużew tal-Arti (MUŻA) u diskors minn Patri Karm Debattista MSSP. Din l-attività se tkun ippreżentata minn Christian Micallef taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.

Dinner Dance tal-Festa

L-Għaqda tal-Pawlini se torganizza d-Dinner Dance Annwali tal-Festa. Din is-sena se jsir is-Sibt 21 ta’ Jannar 2017 fid-9.00 p.m. fil-Westin Dragonara, San Ġiljan. Il-biljetti jinkisbu mingħand Saulus fi Triq San Pawl jew mingħand Mario Cassar fuq 79949194 għall-prezz ta’ €28 għall-kbar u €15 għal tfal taħt it-12-il sena. Din l-attività hija sponsorjata mill-Fondazzjoni Save A Life.

Sejħa għall-Kitbiet

Tikteb u inti żagħżugħ jew żagħżugħa? Bħalissa qegħdin naċċettaw kitbiet qosra bil-Malti għal serata li se tittella’ f’Jannar 2017. It-tema ewlenija, jiġifieri l-martirju, tista’ tiġi interpretata b’mod wiesa’ u għaldaqstant nittamaw li jkollna sottomissjonijiet ta’ natura kreattiva ħafna. Il-kitbiet magħżula għandhom jinqraw f’mhux iktar minn 4 minuti.

Fil-każ ta’ stejjer qosra, nissuġġerixxu tul ta’ bejn 300 u 500 kelma.
Fil-każ ta’ poeżiji, nissuġġerixxu tul ta’ madwar 30 vers.

Is-sottomissjonijiet huma miftuħa għal żgħażagħ ta’ 35 sena jew inqas, u għandhom jaslulna fuq wieħed minn dawn l-indirizzi sa nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Novembru:

info@www.sanpawl.com
għaqdatalmalti@gmail.com

Wara li ssir l-għażla, għandha ssir laqgħa u jista’ jkun li ssir talba għal xi bidliet ta’ natura editorjali. Din is-serata qed tittella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina f’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università. Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru l-paġni tal-Facebook taż-żewġ għaqdiet:

www.facebook.com/AkkademjaKulturaliPawlina
www.facebook.com/ghaqdamalti

martirju

Buffet Dinner

buffetdinnerBuffet Dinner imtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini bis-sapport tal-Hotel Victoria. Flimkien nibdew niċċelebraw żmien il-Milied u fl-istess ħin naħdmu b’risq il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2017

Varjetà ta’ ikel u xorb inkluż fil-prezz. Matul is-serata ikun hemm inbid, birra, soft drinks u ilma flowing.

Biljetti mingħand il-membri tal-Kumitat jew ċempel 79447644
• Adulti €25 • Tfal taħt 12-il sena €15
• Tfal taħt is-6 snin b’xejn

Ħarġa Kulturali bix-Xarabank: Sal-Katakombi ta’ San Pawl, Rabat

hargakulturali

L-Akkademja Kulturali Pawlini qed torganizza ħarġa kulturali bix-xarabank sal-Katakombi ta’ San Pawl, ir-Rabat.  Din se ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru 2016. Fid-9.00 a.m. jitlaq ix-xarabank minn ħdejn il-Qanpiena u wara jiġbor in-nies minn ħdejn il-lukanda Phoenicia. Kif naslu hemm immorru nżuru l-Katakombi ta’ San Pawl bi gwida. Għal ħabta tan-12.30 pm immorru nieklu fil-Każin tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru. Għas-2.00 p.m. nitilqu lura lejn il-Belt Valletta.

Il-postijiet huma limitati u min jixtieq jibbukkja post għandu jċempel fuq 99804642 jew jibgħat email fuq info@www.sanpawl.com.

Nagħmlu Festa

Workshop għat-tfal dwar is-snajja’ marbuta mal-festi

naghmlu festa

L-Għaqda tal-Pawlini qed torganizza serje ta’ seminars immirati lejn żgħażagħ ta’ etajiet varji, dwar il-ħidma u s-snajja li huma meħtieġa biex tittella’ festa Maltija. Huma snajja li jiffurmaw il-mużajk li hija l-festa f’komunità b’saħħitha u li tħares ‘l quddiem.

Is-seminars ser ikunu mqassma kif ġej:

Induratura – Neville Farrugia
Skultura – Eddie Hili
Konservazzjoni u Restawr – Robert Cassar
Storja – Martin Gravina (is-seminar isir fil-Knisja)
Health and Safety – Paul Grima
Ħjata – Mario Cassar
Light Design – Mario Bonello
Career Guidance – Christiana Farrugia
Spiritwalità – Fr Victor Paul Farrugia

Apparti dawn is-suġġetti ninsabu f’negozjati sabiex ninkludi sessjonijiet dwar l-isfumar, id-disinn, l-irħamar u l-fotografija.
Dawn is-sessjonijiet ser jinżammu fil-parti l-kbira ġewwa d-Dar tal-Għaqda fi 8, Triq l-Arċisqof, u jinkludu teorija kif ukoll prattika.

Din l-ewwel serje ta’ sessjonijet nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu. Inħeġġukom tħajjru lit-tfal, subien u bniet, sabiex jattendu u jgawdu minn din l-esperjenza ġdida u unika. Ibbukkjaw fuq 79204432.

L-inizzjattiva qed tittella’ grazzi għall-Fondazzjoni Save a Life

Awguri Valletta

Awguri Valletta huwa proġett maħsub u mtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini sabiex it-tfal, ġenituri u nanniet Beltin, jiċċelebraw flimkien l-450 sena mit-twaqquf tal-Belt Valletta. Fil-bidu tqassmu biċċiet ta’ drapp abjad ma’ kull student ġewwa l-iskola primarja tal-Belt. Dawn l-istudenti ġew imħeġġa permezz ta’ kollaborazzjoni mal-għalliema, sabiex ipenġu b’mod liberu dak li għalihom tfisser belthom… mill-bini storiku, il-logħob fit-toroq, monumenti, ċelebrazzjonijiet, persunaġġi, sports, simboli, festi u knejjes, fost oħrajn. Il-bċejjeċ kollha maħduma mill-istudenti nġabru sabiex nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2016, fl-10:00 ta’ filgħodu, l-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-istudenti u l-familjari tagħhom, jgħamlu dimostrazzjoni simbolika b’bandiera kbira ffurmata mill-bnadar kollha maħluqa mit-tfal. Din tibda mill-istess skola fi Triq Merkanti. Il-ġenituri u n-nanniet flimkien mat-tfal, ser jirrappreżentaw il-ġenerazzjonijiet tal-bierah u t’għada. Il-bandiera ser tittella’ bi brijju ma’ arblu kbir fiż-żona tal-Arċipierku.

Awguri Valletta

Dan il-progett kien maħsub sabiex fih jieħdu sehem għadd imdaqqas ta’ persuni minn kull qasam tal-ħajja. Proġett li ser jindirizza udjenza ġdida; tista’ tgħid familji sħaħ. Ser inkunu qed inlaqqaw lit-tfal ma esperjenza ġdida fl-arti u l-kreattività; biċċa xogħol kollettiva kbira u sabiħa (collage) li mhux biss jistgħu jiftaħru dwar il-parteċipazzjoni tagħhom iżda ser ikollhom iċ-ċans jimxu kburin biha matul it-toroq tal-Belt Valletta.

It-tfal bħala artisti protagonisti fil-proġett u l-futur ta’ din il-Belt, ser iwassluna għat-tragward ġdid ta’ din Beltna għażiża; dak tal-450 anniversarju mit-twaqqif. Flimkien man-nanniet li wassluha s’hawn u mal-ġenituri li huma l-polz u r-ruħ tal-preżent.

Il-proġett ser jgħinha nistaqsu fejn irridu nieħdu l’ din Beltna. Messaġġ ċar, li din hija belt kulturali msawwra u mżejna minn artisti ta’ kull żmien. Permezz tal-kreattività tagħhom, it-tfal jindikaw fejn qed iħabbat il-polz ta’ dawn il-bennejja tal-futur. Il-bandiera tista’ tibqa tintuża għal attivitajiet oħra tat-tfal, jew tiġi esibita f’xi sala jew mużew kontemporanju bħala opra artistika.

Awguri Valletta

Permezz tal-proġett Awguri Valletta, l-Għaqda tal-Pawlini tixtieq tesponi l-kwalitajiet kreattivi tal-komunità f’kuntest ikbar u tkompli tressaq lill-komunità eqreb lejn l-arti u l-kultura anki fil-prospettiva tas-sena 2018. L-Għaqda tal-Pawlini mħeġġa wkoll sabiex b’mod parteċipattiv u bħalma dejjem għamlet, twassal il-valuri tal-kultura u l-arti lill-membri tagħha, lill-Beltin u lil dawk li jmissu magħha.

Awguri Valletta huwa organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-iskola Primarja, Kulleġġ San Ġorġ Preca, Valletta u ġie ffinanzjat mill-Fondi tal-Komunitajiet Kreattivi – inizzjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti. L-Għaqda tal-Pawlini tirringrazzja lis-Sur Bernardo Riolo, kap tal-iskola kif ukoll lit-tim fil-Kunsill Malti għall-Arti għas-sapport li offrew tul it-twettiq ta’ dan il-proġett.

Awguri Valletta

Car Wash Day

carwash

Nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju, il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini ser torganiżża Car Wash Day bħala attività ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Festa 2017.

L-attività tinżamm quddiem il-maħżen tal-Għaqda tal-Pawlini fi Triq Lvant, tibda fit-8:30a.m. u tintemm fis-2:30p.m. Kull karozza tinħasel fuq donazzjoni ta’ 6. Il-Pawlini, beltin u mhux, huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom biex jgħatu daqqa t’id iżda anki biex inaddfu l-karozza tagħhom.

Ejjew inxerrdu l-kelma!

carwash

Seduta Ġenerali Marzu 2016

Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Marzu ser tinżamm is-Seduta Ġenerali skont kif jitlob l-Istatut tal-Għaqda tal-Pawlini. Is-seduta tibda fid-9:45 a.m. ġewwa d-Domus Pauli, Triq San Pawl, fil-Belt Valletta. Din hija l-aġenda:

  • Talba
  • Qari tal-Minuti
  • Ħwejjeġ li jirriżultaw mill-minuti
  • Korrispondenza
  • Rapport Amministrattiv mis-Segretarju
  • Rapport Finanzjarju mill-Kaxxier sa Frar 2016
  • Preżentazzjoni tal-inventarju aġġornat tal-Għaqda tal-Pawlini
  • Affarijiet oħra
  • Elezzjonijiet għall-ħatra ta’ President u Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini u President u Kumitat tal-Fergħa Żgħażagħ Pawlini

Kull membru huwa mħeġġeġ li jattendi għal din il-laqgħa mportanti u jieħu sehem fid-diskussjoni.

 

Il-Kummissjoni Elettorali ser tkun komposta mis-sinjuri Joseph Bartono bħala chairman u s-sinjuri Joseph Huber, James Mulholland u Marcel Zammit Marmarà bħala membri. Dawk il-membri nteressati li jitfgħu n-nomina tagħhom għall-Kumitat 2016/17 għandhom jiddepożitaw in-nominazzjoni tagħhom flimkien ma’ ritratt, personalment fis-sagristija tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, Triq Santa Luċija, Valletta. L-applikazzjoni tagħlaq nhar il-Ħamis 3 ta’ Marzu 2016 fis-7:00 p.m. Wara dan il-ħin, l-ebda applikazzjoni ma tkun ikkunsidrata. Il-votazzjoni tibda eżatt wara li tintemm il-laqgħa u tibqa’ sejra san-12:30 p.m.

Daw il-membri li għadhom ma ħallsux il-menswalità jistgħu jgħamlu dan billi javviċinaw lis-Sur Charles Grima jew billi jibgħatu cheque pagabbli lill-Għaqda tal-Pawlini fl-indirizz:- Segretarju, Għaqda tal-Pawlini – 195, Triq Sant’ Ursola, Valletta VLT1237. Il-menswalità tista’ titħallas ukoll tul il-Laqgħa Ġenerali, qabel jittieħed il-vot.

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta 2016

Il-Festa ta’ San Pawl din is-sena hija l-ewwel festa fis-sena li fiha l-pajjiż qed ifakkar b’għożża l-450 anniversarju mill-fondazzjoni tal-Kapitali. Kif issa jaf kulħadd, din is-sena l-festa sejra tiġi ċċelebrata nhar it-30 ta’ Jannar minħabba li nhar l-10 ta’ Frar ser jaħbat Ras ir-Randan. Għalkemm bi programm ftit aktar ristrett mis-soltu, ninsabu b’qalbna qawwija li għal sena oħra l-Pawlini ser jiftħu din is-sena b’entużjażmu u brijju li l-Maltin, l-Għawdxin u anki l-barranin ikunu qed jistennew.

Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini, flimkien mal-membri f’fergħat u kummissjonijiet u l-membri attivi, ħadmu għal xhur sħaħ sabiex din l-okkażjoni tkun ta’ ġieh għall-Pawlini, għall-Beltin u anki għall-Malta – hekk kif dejjem għamlu missirijietna. Bir-responsabbiltà li ġġib magħha festa nazzjonali, il-Pawlini dejjem iqumu għall-okkażjoni sabiex tkun imfakkra din il-ġrajja tant għażiża ta’ meta l-akbar appostlu ta’ Kristu, sab ruħu, b’intervent qaddis, fuq ix-xtajtiet tagħna. L-istess xtajtiet fejn tant Maltin iqattgħu l-ħin liberu tagħhom.

Huwa għalhekk li din il-Festa, nhar it-30 ta’ Jannar, ser tkun okkażjoni oħra fejn il-Maltin jinġabru bi ħġarhom sabiex jiċċelebraw u jingħaqdu quddiem din il-memorja għażiża għalina. L-Għaqda tal-Pawlini għal darb’oħra ippubblikat programm ta’ attivitajiet li tistgħu ssibu fuq din l-istess sit elettroniku.

Inħeġġukom sabiex tkunu magħna u tgawdu din il-festa tagħna u tagħkom!

Carwash – May 2015

Car Wash organizzata mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015 mit-8:00a.m sas-2:00p.m quddiem il-maħzen tal-armar fi Triq iLvant b’risq il-festa ta’ San Pawl. Prezz €6. Narawkom

carwashposter

Notte di San Lorenzo 2015

Nhar il-Ħadd 9 t’Awissu, l-Għaqda tal-Pawlini żammet l-appuntament tant mistenni tal-BBQ Buffet lejliet l-festa ta’ San Lawrenz.

Ħafna nies inkluż dawk mhux parruċċani u mhux Beltin, akkwistaw il-biljetti u ġew magħna għal din is-serata mill-isbaħ fuq is-Sur ta’ Santa Barbara.

Il-poster sar minn idejn Stephen Baldacchino. Ritratti tal-attività jinstabu hawn.

Poster

Valletta Classic Car Show – First Edition

The very first edition of the Valletta Classic Car Show organised by Għaqda tal-Pawlini and the American Auto Club Malta.

The event was held on the 6th of September 2015, along Merchants Street and attracted a large amount of people. Ages varied; with children, adults and elderly getting excited for their dream cars. Funds raised out of this event were pooled for Festa preparations this January.

Pictures from the event can be seen here.

Valletta Classic Car Show