IS-SIBT, 25 TA’ JANNAR
FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL
KONĊELEBRAZZJONI U ĦRUĠ TAL-VARA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA
5.30 pm Rużarju
6.00 pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arċipriet, Kan. Dun David Cilia. Jippriedka l-Kan. Dun Dillon Bugeja. Fi tmiem il-Quddiesa, tiġi esegwita l-Antifona Sanctæ Paule ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-konċelebrazzjoni solenni, isir il-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa akkumpanjata minn innijiet popolari Pawlini u tingħad il-kurunella. Diskors mill-President tal-Għaqda tal-Pawlini, is-Sur Mario Cassar. Diskors mill-Arċipriet fuq il-valur tal-Festa.
9.00 pm Dinner Dance fil-Westin Dragonara organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini.
IL-ĦADD, 26 TA’ JANNAR
11.45 am Quddiesa animata miż-Żgħażagħ Pawlini. Iqaddes il-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Birgu.
IT-TNEJN, 27 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa f’ġieħ Sant’Anġela Meriċi animata mill-Membri tal-Għaqda. Iqaddes il-Kan. Dun Charles Vella.
IT-TLIETA, 28 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa mill-Patrijiet ta’ San Franġisk. Jieħu sehem il-kor Antonjan.
L-ERBGĦA, 29 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa organizzata mit-Teen Klabb. Iqaddes is-saċerdot novell Dun Mattew Pulis.
IL-ĦAMIS, 30 TA’ JANNAR
Jum il-Kelma t’Alla u l-Ewkaristija
6.00 pm Quddiesa animata mil-Letturi u l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Iqaddes Patri Victor Paul Farrugia O. Carm.
IL-ĠIMGĦA, 31 TA’ JANNAR
6.00 pm Quddiesa animata mill-membri tal-Għaqdiet: Legion of Mary, Kariżmatiċi, Neokatekumenali, Irġiel Anzjani, MUSEUM, Ladies Circle. Iqaddes il-Kan. Dun Antoine Borg.
8.00 pm Kunċert Ġenerali tradizzjonali fis-Sede tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jiġu esegwiti marċi mill-arkivju tas-Soċjetà u innijiet popolari fosthom Marcia San Paolo ta’ Mro. Cardenio Botti.
IS-SIBT, 1 TA’ FRAR
FESTA GĦAT-TFAL TA’ MALTA KOLLHA
9.00 am Quddiesa bil-magħmudija ċċelebrata mill-Mons. Kan. Dun Lawrenz Zammit. Wara l-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u tfal.
10.00 am Manifestazzjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pawl bis-sehem tal-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Il-Manifestazzjoni tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq il-Lvant, Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq it-Teatru l-Antik, Triq il-Merkanti u Triq Santa Luċija. Fl-aħħar tal-manifestazzjoni, l-istatwa tittella’ f’postha fuq il-palk fi Triq Santa Luċija k/m Triq San Pawl fost l-entużjażmu tal-partitarji żgħażagħ Pawlini.
6.00 pm Quddiesa mill-Kan. Patri Charles Tabone O.P. Mistiedna l-koppji miżżewġin.
7.00 pm Serata Mużiko Letterarja mtella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl.
Il-ĦADD, 2 TA’ FRAR
JUM IL-GANDLORA
6.00 pm Quddiesa konċelebrata mill-Kapitlu.
8.00 pm Riċeviment mogħti mill-President u l-Kumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ fis-Sede tas-Soċjetà.
IT-TNEJN, 3 TA’ FRAR
JUM IL-KARITÀ
6.00 pm Quddiesa organizzata mill-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità u l-Għaqda San Vinċenz de Paul. Iqaddes il-Kan. Dun Stefan Galea.
IT-TLIETA, 4 TA’ FRAR
JUM L-UNITÀ TAL-PARROĊĊI
6.00 pm Quddiesa. Mistiedna l-Kappillani ta’ San Duminku, San Publiju, l-amministratur tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, flimkien mar-Retturi tal-Kon-Katidral u tal-Griegi, tal-Knejjes l-oħra u l-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. Jikkonċelebra l-Arċipriet tal-Furjana, Kan. Dun Charles Cini.
L-ERBGĦA, 5 TA’ FRAR
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI
6.00 pm Quddiesa organizzata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Jiċċelebra l-Kan. Patri Charles Tabone O.P.
8.00 pm Riċeviment mogħti mill-Għaqda tal-Pawlini fid-Domus Pauli u preżentazzjoni tal-premju San Pawl għas-sena 2019 – 2020 mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini.
IL-ĦAMIS, 6 TA’ FRAR
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
9.00 am Quddiesa u wara adorazzjoni mmexxija mis-Sur Joe Fenech, barka sagramentali u bews tar-relikwija.
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Patri Charles Tabone O.P.
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Dun David Torpiano. Wara l-Quddiesa, l-ewwel prietka tat-Tridu minn Rev. Kan. Dun Stefan Galea. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun David Farrugia, Kappillan ta’ Ħal Safi. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
8.30 pm Brass Band tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’, imtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini fis-Sede tal-istess Soċjetà Mużikali fi Triq ir-Repubblika.
IL-ĠIMGĦA 7 TA’ FRAR
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Stefan Galea.
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Kantur Dun Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, it-tieni prietka tat-Tridu minn Rev. Kan. Dun Stefan Galea. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal-Birgu. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
8.30 pm Lejla fil-Kapitali.
IL-SIBT 8 TA’ FRAR
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU
5.15 pm Għasar Solenni mmexxi mill-Kan. Dun Stefan Galea.
6.00 pm Quddiesa Kantata solenni. Iqaddes il-saċerdot novell Dun Peter Ellul. Wara l-Quddiesa, it-tielet prietka tat-Tridu minn Rev. Kan. Dun Stefan Galea. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Jiċċelebra l-Kan. Dun Mario Tong ex-Arċipriet tal-Kolleġġjata. Wara jsir il-bews tar-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
7.30 pm Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Pawl Nawfragu bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Nikola u Triq il-Mediterran. Fl-aħħar tal-marċ, l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall quddiem il-Barrakka t’Isfel.
IL-ĦADD 9 TA’ FRAR
LEJLET IL-FESTA
10.00 am Quddiesa għall-anzjani u għall-morda li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Dun David Cilia. Il-qraba ta’ dawk li huma rikoverati f’xi dar tal-Anzjani huma mitluba jġibuhom huma stess.
5.15 pm Transulazzjoni Solenni mmexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons Arċisqof, Charles J. Scicluna. Għasar solenni bis-sehem tal-kor u l-orkestra.
7.00 pm Quddiesa Kantata ta’ lejlet il-Festa mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Vigarju Joe Galea Curmi.
7.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun. Is-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tibda minn Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il-Monument tal-Qanpiena, filwaqt li l-Banda Beland tibda minn Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru sa ħdejn il-Monument tal-Qanpiena. Fl-aħħar tal-marċ isir spettaklu pirotekniku tal-art u tal-ajru fil-Port il-Kbir imtella’ mill-Kummissjoni Nar tal-Għaqda tal-Pawlini.
IT-TNEJN 10 TA’ FRAR
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00 am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Michael Camilleri O.P. Kappillan tal-Parroċċa ta’ Portu Salvu u San Duminku.
8.00 am Quddiesa ċċelebrata mill-amministratur tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin.
Għall-quddies tas-7.00 am u tat-8.00 am mistiedna l-qassisin u patrijiet tal-Knejjes tal-Belt, il-Furjana u t-tlett ibliet tal-Kottonera.
9.00 am Jasal l-Eċċ. Tiegħu Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u l-Eċċ. Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta.
9.15 am Quddiesa Pontfikali mill-Eċċ. Tiegħu Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Jinseġ il-Paniġierku l-istess Monsinjur Arċisqof.
11.45 am Quddiesa letta minn. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.
12.00 pm Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin.
1.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ li jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika, Triq Nofsinhar, Triq ir-Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl.
3.45 pm Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi mill-Kan. Dun Carmelo Busuttil, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Birgu.
4.45 pm Għasar Kantat.
5.30 pm Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. Imexxi s-saċerdot novell Dun Peter Ellul. Takkumpanja l-Purċissjoni sad-dħul tal-vara fil-Knisja, is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti.
6.15 pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi tesegwixxi marċ minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann u tkompli takkumpanja l-vara ta’ San Pawl minn Triq il-Merkanti, Triq Melita u Triq San Pawl sad-dħul tal-vara fil-Knisja.
7.00 pm Stqarrija tal-fidi fi Pjazza San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, il-Kan. Dun David Cilia.
9.30 pm Dħul tal-Purċissjoni. Innu, Antifona u Barka Sagramentali.
Matul il-purċissjoni, isir akkumpanjament pirotekniku mtella’ mill-Kummissjoni Nar fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini.
IL-ĦADD 16 TA’ FRAR
10.00 am Quddiesa ta’ Ringrazzjament ’l Alla u lill-Appostlu Missierna San Pawl għas-suċċess tal-Festa. L-Arċipriet u l-Kapitlu jirringrazzjaw lil kull min ħa sehem biex il-Festa kienet ta’ suċċess. Dħul tal-Vara lura fin-niċċa.
Nota:
Matul il-ġranet tal-festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’.
Fil-Quddiesa tal-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-Ewwel Jum tat-Tridu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Maestro Dr Joseph Gatt Ph.D. Fil-25 ta’ Jannar l-orkestra hija fuq stedina tal-Għaqda tal-Pawlini.
F’każ ta’ maltemp, il-festa tiġi posposta għall-ġurnata tas-Sibt 15 ta’ Frar 2020.